Sejħa għall-Artisti: Proġett Manwel Dimech
Teatru Malta qed ifittxu AKTAR PERFORMERS għall-musical tagħna speċifiku għas-sit, il-Progett Manwel Dimech


Qegħdin infittxu:
1.

TENUR

.
Età tal-karattru: 25-40 sena
.

Il-kandidat għandu jkun kantant u attur ta’ esperjenza li huwa interessat jifforma parti minn ensemble. L-applikant magħżul se jkollu wkoll rwoli ta’ karattri iżgħar.

L-artist għandu jkun disponibbli biex jibda l-provi mill-20 ta’ Settembru 2021. Il-provi l-ewwel jibdew 2-3 darbiet fil-ġimgħa f’Settembru imbagħad jiżdiedu gradwalment għal 3-5 darbiet fil-ġimgħa.

Għandu jkun disponibbli fis-6.30pm ‘il quddiem matul il-ġimgħa u disponibbli waqt tmiem il-ġimgħa.

Dati tal-Performance: 26,27,28 ta’ Novembru, 1,3,4,5,7,8,10,11,12,13 ta’ Diċembru (13-il jum ta’ prestazzjoni – 26 rappreżentazzjoni)
2.

ATTURI ŻGĦAŻAGĦ Maskili u Feminili

.
Età tal-karattri: 12-14-il sena

Il-kandidati għandhom ikunu kapaċi jkantaw u jirreċtaw.

Il-kandidati jistgħu jkunu wkoll ta’ età akbar, l-aqwa li għadhom jidhru ta’ bejn 12 u 14-il sena

L-artist għandu jkun disponibbli biex jibda l-provi mill-20 ta ‘Settembru 2021

Dati tal-Performance: 26,27,28 ta’ Novembru, 1,3,4,5,7,8,10,11,12,13 ta’ Diċembru (13-il jum ta’ prestazzjoni – 26 rappreżentazzjoni)

Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika jekk jogħġbok ibgħat email lil nicole@teatrumalta.org.mt jew ċemplilna fuq 21220255 biex tirċievi aktar informazzjoni dwar kif tagħmel l-audition