L-AVVIZI: FRAR 2021
Il-madoffi x’Jannar kiesaħ u impenjattiv kellna! Minn meta dħalna lura l-uffiċċju, bħala tim iffukana mhux biss fuq il-ftuħ u l-għeluq tal-applikazzjonijiet għal Trikki Trakki iżda wkoll fuq it-tnedija tal-Atelier Francis Ebejer, proġett li aħna akkaniti ħafna dwaru u inizjattiva konġunta ma’ Spazju Kreattiv u t-Teatru Manoel.
Nibdew qabelxejn billi nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew għas-sessjoni introduttorja tal-Atelier Francis Ebejer nhar il-Ħamis li għadda. Kien ta’ pjaċir assolut għalina li niddiskutu l-futur ta’ din l-inizjattiva mal-kelliema mistiedna tagħna, dawk kollha li attendew, kif ukoll l-artisti assoċjati li jiffurmaw parti mill-bord tal-Atelier flimkien mad-diretturi artistiċi Sean Buhagiar (Teatru Malta), Kenneth Zammit Tabona (Teatru Manoel) u Daniel Azzopardi (Spazju Kreattiv). L-Atelier ismu miegħu, huwa post maħsub apposta biex ikun spazju sigur fejn dawk li jagħmlu u joħolqu t-teatru jistgħu jiltaqgħu flimkien, jiddiskutu u joħolqu xogħol ġdid. L-Atelier huwa derivat mill-proġetti ta’ qablu, il-Premju Francis Ebejer u l-Progett Francis Ebejer. L-applikazzjonijiet għall-Aatelier issa huma miftuħa, allura jekk int interessat li tissieħeb ikklikkja hawn biex issir taf aktar u tapplika.
Bqajna impressjonanti bl-għadd ġmielu ta’ applikazzjonijiet li waslulna għall-edizzjoni speċjali ta’ din is-sena tal-Festival Trikki Trakki u għalkemm ma hemm xejn li nixtiequ iżjed milli nagħżlu lil kulħadd, sfortunatament dan ma nistgħux nagħmluh minħabba r-restrizzjonijiet attwali li ġegħluna nillimitaw in-numru ta’ parteċipanti magħżula biex niżguraw is-sigurtà ta’ kull min huwa involut. Il-festival se jsir f’Marzu u aħna eċċitati ferm biex naraw x’se jirnexxilhom joħolqu dawn it-tfal flimkien mad-diretturi tagħhom. Ibqgħu sintonizzat mal-midja soċjali tagħna għal aktar aġġornamenti dwar il-proċess ta’ prova tagħhom fit-tħejjija għall-ġimgħa nfisha tal-festival.
Bħalissa qed naħdmu wkoll fuq proġett speċjali ħafna tal-Karnival ma’ Festivals Malta li mhux se ddum wisq ma ssir taf aktar dwaru. Din il-ġimgħa se nkunu qed inniedu wkoll serje ġdida fjamanta fuq il-mezzi ta’ midja soċjali tagħna, għalhekk kun żgur li ma titlifx l-istejjer tagħna nhar l-Erbgħa li ġej.
Dak kollox min-naħa tagħna għalissa, imma qabel ma nitilqu nixtiequ nfakkrukom li aktar informazzjoni dwar il-pakkett tat-teatru DIY Alice fl-Art bla Meravilji hija disponibbli online. Jekk intom organizzazzjoni, skola jew għalliema tad-drama u tixtiequ tordnaw il-pupa, ikklikkjaw hawn biex issiru tafu kif tagħmlu kuntatt jew inkella tista’ taqra l-intervista esklussiva tad-direttur Sean Buhagiar ma’ Metal Magazine biex issiru taf aktar dwar l-affarijiet li ġejjin ta’ dan il-proġett uniku.
Saħħiet!
TM