Xilallu!
Dawk l-imqarbin ta’ Xilallu lesti għal oħra hekk kif ħejjewlna l-aħħar għadd ta’ spettakli-sorpriża għal dan is-Sajf. Wara li kellhom jipposponu l-ispettakli kollha li kienu skedati, dan it-tim ta’ ġinnasti, ġerrejja ħielsa, performers u membri tal-grupp lokali – Maltese Motion – lesti biex joħorġu lura fit-toroq tal-Belt biex jagħmlu dak li jħobbu jagħmlu.
Xilallu nħoloq bħala proġett li jibqa’ għaddej, magħmul minn għadd ta’ performances programmati għal matul is-sena kollha li jinkludu akrobzija, moviment, reċtar u parkouring, kollox bit-tama li jinvolvu lill-udjenzi fi djalogu li jixħet dawl fuq kwistjonijiet soċjali kurrenti. Il-mira tagħhom huma l-udjenzi żgħażagħ, allura lestu ruħkom biex dawn l-artisti jerġgħu jittrasformaw it-toroq li nafu fi ispazju teatrali tagħhom.
B’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ u Studio 18