XENI
XENI huwa il-masterclass tagħna għad-disinjaturi tat-teatru, il-maniġjar tal-professjonisti u ħallieqa tat-teatru emerġenti li huma interessati jaħdmu flimkien wara l-kwinti. Dan kollu ser iseħħ fil-palk ewlieni tat-Teatru Manoel. Din is-sena ser inkunu qed niffukaw fuq l-immaniġjar tal-palk ma’ disinjatur tad-dawl magħruf. Id-disinjatur tad-dawl ta’ fama internazzjonali Ben Ormerod ser jiġi Malta biex iqatta’ ġimgħatejn iħarreġ lid-disinjaturi lokali tad-dawl.
Ben Ormerod huwa disinjatur tad’dawl rinomat li ħadem f’għadd ta’ produzzjonijiet tat-teatru fir-Renju Unit u internazzjonalment. Huwa rebaħ għadd ta’ premji għal xogħlu li jinkludi l-Premju Olivier għall-Aqwa Dissin tad-Dawl fl-2009 għax-xogħol li għamel fil-produzzjoni “Black Watch”. Apparti li huwa stabbilit, Ben Ormerod kien ukoll il-mentor ta’ ħafna disinjaturi tad-dawl rinomati madwar id-dinja. L-Applikanti ser jingħataw opportunita’ biex jingħaqdu ma’ wieħed mill-proġetti tad-disinn tad-dawl tal-ispettakli li ser iseħħ fit-8, id-9 u l-10 ta’ Settembru 2023, bis-superviżjoni ta’ Ben.
Dan il-proġett qed isir b’ko-produzzjoni ma’ Teatru Manoel u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
L-Applikazzjonijiet għalqu f’Ġunju, 2023.