TRIKKI TRAKKI: IL-FESTIVAL TAT-TEATRU GĦAŻ-ŻAGĦŻAGĦ
Wasalna għat-tmien edizzjoni ta’ Trikki Trakki, l-uniku festival tat-teatru li jittella’ miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ!
Għall-ewwel darba, Trikki Trakki għandu tema: Waħx Gotiku Vittorjan. Stenna addattamenti ta’ klassiċi bħal Jekyll and Hyde, Frankenstein, The Invisible Man, The Goblin Market, The Tell-Tale Heart, u The Shadow Over Innsmouth li jkexkxuk. Din il-laqta ġdida eċitanti li qed tingħata lill-istejjer fil-festival se tinkludi kollox, minn marjunetti sa mużika ġdida, kreaturi taħt l-ilma u mqarbizza tat-twerwir li se jżżommu lill-udjenzi mwaħħlin mas-siġġu.
Biex inżidu fl-eċitament, il-festival ta’ dis-sena se jiftaħ bi spettaklu tat-Truppa li se jitla’ fuq il-palk għall-ewwel darba! It-Truppa se tkun taħt it-tmexxija ta’ Jean-Marc Cafà u ggwidata mill-membri tal-ensemble tagħna, partikolarment Rebecca Camilleri u Philip Leone Ganado. Il-membri tat-Truppa ilhom jiltaqgħu kull ġimgħa minn Ottubru, u ħerqanin biex jaqsmu xogħolhom magħkom kollha.
Team tal-Produzzjoni
Direzzjoni tal-Festival: Rebecca Camilleri
Diretturi: Miguel Formosa, Philip Leone-Ganado, Zoe Camilleri, Philippa Naudi, Joseph Zammit u Isabelle Gatt
Disinn tal-Kostumi: Luke Dimech u Maria Rosa Thornhill
Props u Set: Abigail Agius
Mużika: Chris Vella
Traduzzjoni: Simone Spiteri
Maniġer tal-Produzzjoni: Rowena Zammit
Maniġer Deputat tal-Palk: Annalisa Schembri