TEATRU MALTA SPRING FAIR
Fis-26 u s-27 ta’ April, Teatru Malta ser jilqgħukom fl-uffiċini l-ġodda tagħhom fl-MCAST, Paola għall-ewwel edizzjoni tat-TEATRU MALTA SPRING FAIR. Iva, hekk hu, ser ikollna fiera biex niċċelebraw bidu ġdid għal Teatru Malta proprjament fis-sit ta’ fejn bħalissa qed #NaħdmuDaqsKlieb biex inlestu t-trasformazzjoni tal-uffiċini l-ġodda tagħna. Ingħaqdu magħna u araw x’qed inħejju għall-programm tagħna bejn ir-Rebbiegħa u l-Ħarifa, ixorbu xarba luminata tajba magħna, aħtfu xi rigali ċkejknin b’xejn, esperjenzaw l-esebizzjoni pop up tal-programm tagħna fix-xhur li ġejjin u araw x’naqra ta’ dar ġdida għandna. Imma taħsbux li għandna dawn l-affarijiet biss ippreparat, ta! Għandna ħafna aktar affarijiet ippreparati għalikom.
MATUL IL-JUMEJN TAL-FIERA
Esebizzjoni Pop-Up tal-Programm RBGĦ/SJF
L-ERBGĦA, 26 TA’ APRIL
11.30AM – 12PM – Bibita u Taħdita: Iltaqa’ mat-Tim ta’ Teatru Malta (RSVP fuq contact@teatrumalta.org.mt)
2PM – Teatru Malta Styles (Fuq l-Instagram ta’@jacquilosco )
3PM – 4PM – Kwiżż Teatrali fuq il-Kampus b’Malcolm Galea bħala Kwiżż Master.
IL-ĦAMIS, 27 TA’ APRIL
9.30AM – 10.30AM Teatru Redifjuxin Live Talk I
11AM – 12PM – Teatru Redifjuxin Live Talk II
12.30PM – 1.30PM Teatru Redifjuxin Live Talk III
3PM – 4PM A Case Study: Theatre Anon’s Space, 30 years on bil-moderazzjoni ta’ Mary Ann Cauchi, Direttriċi tal-Fondi u l-Istrateġi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti.
4PM – 6PM Housewarming/Tberik