Repubblikgħana

By Teatru Malta

Ħin
Varji
Data
Jan - Diċ 2025
Post
Skejjel ta' Malta u Għawdex

Repubblikgħana huwa proġett dinamiku u kulturali li qed jżur l-iskejjel, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali li jfakkru l-50 anniversarju ta’ Malta Repubblika. Organizzat b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Heritage Malta, il-proġett għandu l-għan li jiċċelebra u jqajjem kuxjenza dwar dan l-anniversarju importanti permezz ta’ produzzjoni li se tibda sseħħ minn Jannar 2025 matul is-sena kollha.

Maħsuba li żżur numru ta’ skejjel madwar Malta u Għawdex, din il-produzzjoni ta’ nofsiegħa għandha l-għan li teduka u tinvolvi lill-udjenzi żgħażagħ, billi tirrakkonta l-istorja ta’ kif Malta saret Repubblika, u l-importanza ta’ dan l-avveniment. Biex tagħmel dan, Repubblikgħana tinkorpora l-għana tradizzjonali flimkien ma’ elementi oħra mużikali kontemporanji.

Repubblikgħana hija miktuba u diretta minn Jeremy Grech, taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Justin Galea. L-artisti li qed jieħdu sehem jinkludu lil George Curmi l-Pusè, Hannah Gatt, Andrew Vella Zarb, Marjann Attard, Josef Camilleri (Xarulù) u Bernard Curmi. Il-props u d-diżinn tas-sett huma ta’ Laura Zammit, b’konsulenza teknika minn Mark Ciantar. Naomi Magro assistiet fil-fażi tal-iżvilupp tal-proġett.

Repubblikgħana

Skejjel ta' Malta u Għawdex Jan - Diċ 2025