PROGRAMM STAĠUN ĦARIFA/XITWA
Teatru Malta, il-Kumpanija Nazzjonali tat-Teatru – issa ‘IKTAR MINN QATT QABEL’. Niżvelaw l-ewwel grupp t’atturi tagħna (kumpanija, ensemble, sejħilha li trid), il-programm li qed inniedu f’dan l-istaġun Ħarifa/Xitwa jispikka fost dawk ta’ qabel, u bir-raġun! Konna ftit kwieti min-naħa ta’ produzzjoni għal ftit, għax konna qed nikkonċentraw nibdlu ġildtna, nkomplu nibnu t-tim biex ikun iktar b’saħħtu u jwasslilkom proġetti ferm iktar ambizzjużi.
Ninsabu eċċitati mmens nippreżentawlkom staġun li joffri xi ħaġa lil kulħadd, kemm jekk għandek 8 snin jew 80, għaż-żagħzagħ u dawk bi spirtu żgħażugħ. B’portafoll li jinkludi l-iktar produzzjoni twila li qatt kellna – esperjenza ta’ teatru immersiv b’elementi ta’ logħob ala escape room (tal-ġenn hux?), għal selezzjoni ta’ plays ta’ klassi, kumpanija tat-teatru għaż-żgħazagħ u festival mill-komunita’ ta’ Każin 60+ biex inkunu semmejna ftit – nistiednuk tesplora dawn il-paġni u tara xi jqanqlek.