NĦARSU LEJN IL-FUTUR: IT-TEATRI EWROPEJ BĦALA SPAZJU PUBBLIKU GĦAL SOĊJETÀ MIFTUĦA

By European Theatre Conference u Teatru Malta

Ħin
Varji
Data
28—31 ta' Ottubru 2021
Post
Varji

It-tieni konferenza annwali tal-Konvenzjoni tat-Teatru Ewropew se tkun qed issir f’Malta għall-ewwel darba. Organizzata minn Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Manoel u Spazju Kreattiv, il-konferenza se tindirizza l-futur tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha, kif ukoll tħeġġeg dibattitu dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa. Ġejjin minn fejn ġejjin u tagħmlu x’tagħmlu, dan huwa l-post għalikom fejn tistgħu taħsbu dwar x’futur tixtiequ għall-Unjoni Ewropea.

Bħala parti mill-Konferenza Internazzjonali tat-Teatru f’Malta, l-ETC se tkun qed tistieden lill-parteċipanti biex jiddibattu u jissuġġerixxu l-bidliet li jridu jaraw fil-futur tal-Ewropa. X’jista’ jagħmel it-teatru għall-Ewropa; x’tista’ tagħmel l-Ewropa għat-teatru? Nistennew sa Ottubru li ġej biex insiru nafu.

B’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, Spazju Kreattiv u Teatru Manoel

NĦARSU LEJN IL-FUTUR: IT-TEATRI EWROPEJ BĦALA SPAZJU PUBBLIKU GĦAL SOĊJETÀ MIFTUĦA

Varji 28—31 ta' Ottubru 2021