Il-Qarċilla: L-Għarusa Karfusa

Ta' Jacob Piccinino / Leanne Ellul

L-Għarusa Karfusa hija t-tipika ħrafa klassika ta’ mħabba pprojbita bejn frotta u ħaxixa. F’dan l-univers satiriku assurd fejn ir-raħħala huma msemmijin għall-ħaxix, l-abitanti ta’ Ħal-Insalata ma jistgħux ikellmu lil dawk li għadhom fil-kwarantina pprojbita, aħseb u ara kemm jistgħu jsiru jħobbuhom! Meta Karfusa mir-raħal tal-ħaxix titfa’ għajnejha s-sbieħ tagħha fuq Bajtru li jinsab fil-kwarantina, kollox jinqaleb ta’ taħt fuq.

Time
TBA
Date
11-12 ta’ Frar 2018
Location
Malta u Għawdex

Sa fl-aħħar, qarċilla li tirrakonta l-farsa tradizzjonali mid-dinja ta' kittieba mara - mara ta' ħila. Ħrafa mlewna friska fit-toroq - bla kantunieri, bla wisq fruntieri - fejn il-Malti mitkellem pur mhux mill-Maltin biss. Pakkett ta' kwalità għolja. Ħidma denja, spalla ma' spalla, bejn artisti Maltin u artisti li jġorru bagalja diversa barranija. Kollox ma' kollox, esperjenza bl-għeruq u x-xniexel!

Simone Inguanez

“Ridna nibdew bil-qarċilla għax il-qarċilla hija l-ewwel kitba teatrali bil-Malti, pero’ tajniha l-ewwel vuċi femminili, togħma internazzjonali u kreattività friska… daqs ħassa”

Tim tal-Produzzjoni

Direttur u Kunċett: Jacob Piccinino

Kittieba: Leanne Ellul

Maniġer: Stjanu Debono

Diżinn tas-Set: Jennings Falzon

Kostumi u Props: Elaine Saliba (Pina)

Maskri: Lucien Cassou

Ko-Produtturi: Festivals Malta, Karnival ta’ Malta, Dipartiment Tal-Malti, University of Malta

Atturi

L-Għarusa Karfusa: Mariele Zammit

Dun Tadama: Victor Barrere

Warda Vjola: Lee-N Abela

Pomme De Terre: Arthur Dumas

Bajtru: Patrick Laera

 

Ħinijiet u Postijiet

Ħamrun (Quddiem Broad Street): 11 ta’ Frar fid-09:30
Victora (Pjazza Indipendenza) : 11t ta’ Frar fit-15:30
Nadur (Quddiem il-Każin tal-Banda Filarmonika Nadur ): 11 ta’ Frar fit-20.30

Valletta (Quddiem il-Parlament): 12 ta’ Frar fit-15:00
Ħal-Għaxaq (Pjazza ta’ Ħal-Għaxaq): 12 ta’ Frar fis-19:30

VIDEO

Il-Qarċilla: L-Għarusa Karfusa

Malta u Għawdex 11-12 ta’ Frar 2018