IL-QTATES TA’ MAX-XATT

By Clare Azzopardi

Ħin
TBA
Data
9—12, 16—19 ta' Novembru 2021
Post
Esplora Planetarium Hall

Wara s-suċċess tal-opra tat-tfal Il-Qtates ta’ max-Xatt, il-qtates reġgħu lura magħna — imma, din id-darba, kollox ġie maħsub mill-ġdid bħala spettaklu tal-pupazzi għat-tfal! Is-suġġett sensittiv tat-telfa se jkun esplorat mil-lenti ta’ grupp ta’ qtates kantanti li jgħixu fit-triq u li qed isibuha diffiċli jifhmu għalfejn sparixxew tnejn mill-aktar nies importanti f’ħajjithom. Ibbażat fuq il-kitba ta’ Clare Azzopardi, Il-Qtates ta’ max-Xatt jistieden lill-udjenzi, żgħar u kbar, biex isegwu din l-interpretazzjoni melodjuża tal-storja li, permezz tal-marjunetti u l-kanzunetti, tesplora waħda mill-akbar biżgħat fit-tfal, waqt li tferraħ permezz tal-mezzi tal-pupazzi u l-kanzunetti.

Tim Kreattiv

Direttur: Sean Briffa
Kast: Sean Briffa, Clare Ghigo and Jeremy Grech

IL-QTATES TA’ MAX-XATT

Esplora Planetarium Hall 9—12, 16—19 ta' Novembru 2021