Il-Qtates Ta’ Max-Xatt

By CLARE AZZOPARDI

Ħin
11:15 u 13:00
Data
24 u 25 ta' Frar, 2024
Post
Esplora, Kalkara

Reġgħu ġew il-qtates! Il-maħbubin Qtates ta’ max-Xatt se jirritornaw l-Esplora fi Frar. Huma eċċitati ħafna biex ikunu parti mill-Politika Ħadra tagħna: “Bring it Back”. Il-programm tagħna “Bring It Back” jiġbor fih impenn għar-responsabbilta ekoloġika, li jinkludi r-riċiklaġġ u t-trasformazzjoni ta’ sets eżistenti f’xogħlijiet ġodda u oriġinali u l-użu ta’ materjali riċiklabbli fil-kostruzzjoni tal-props.

L-istorja tesplora s-suġġett sensittiv ta’ telfa mil-lenti ta’ grupp ta’ qtates kantanti li jgħixu fit-triq u li qed isibuha diffiċli jifhmu għalfejn sparixxew tnejn mill-aktar nies importanti f’ħajjithom.

Ibbażat fuq il-kitba ta’ Clare Azzopardi, Il-Qtates ta’ max-Xatt jistieden lill-udjenzi, żgħar u kbar, biex isegwu din l-interpretazzjoni melodjuża tal-storja li, permezz tal-marjunetti u l-kanzunetti, tesplora waħda mill-akbar biżgħat fit-tfal, waqt li tferraħ permezz tal-mezzi tal-pupazzi u l-kanzunetti.

Il-Qtates Ta’ Max-Xatt

Esplora, Kalkara 24 u 25 ta' Frar, 2024