Alice fl-Art bla Meravilji

By Franca Rame

Ħin
Your Choice
Data
Ongoing
Post
Varji

Il-pajjiż tal-meravilji mhuwiex dejjem dak li taħsbu. Produzzjoni li toffri pakkett sħiħ ta’ ‘Teatru DIY’, b’kollaboazzjoni ma’ Teatru Malta u ispirata mill-ideali tas-soċjetà, Alice fil-pajjiż bla Meravilji tirrifletti dwar il-mod kif is-soċjetà tikkumpartimentalizza n-nisa f’kaxxi daqslikieku kienu pupi billi toħloq … pupa hi stess!

Din il-produzzjoni se tkun unika minn kwalunkwe produzzjoni li saret minn Teatru Malta, minħabba li l-ispettaklu flimkien ma’ din il-pupa sabiħa u mkissra se jintbagħtu fl-iskejjel kif ukoll f’għaqdiet, b’sett ta’ istruzzjonijiet għall-istudenti biex jiskopru iktar dwarha! Fl-istess waqt 21 test ta’ Franca Rame nqaleb għall-Malti minn Prof. Simone Galea u Dr Marco Galea.

B’sapport ta’ Istituto Italiano Di Cultura, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza , Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, u Arts Council Malta

B’kollaborazzjoni ma’ ŻiguŻajg

Team tal-Produzzjoni

Tfassil u Direzzjoni Sean Buhagiar

Kompożizzjoni Mużikali Alexandra Alden

Disinn tal-Produzzjoni | Artista tal-Filmati Francesca Mercieca

Kant | Vuċi Mariele Zammit

Konsulenza tad-Dramaterapija Lou Ghirlando

Kreazzjoni tal-Pupa Kyle Fenech

Traduzzjoni għall-Malti Marco Galea, Simone Galea

Traduzzjoni għall-Ingliż Simon Bartolo

Qarrej tal-Provi Simon Bartolo

KIF TORDNA L-PUPA

Jekk intom skola li tixtiequ tordnaw il-pupa ta’ Alice fl-Art bla Meravilji, allura l-ewwel ħaġa li għandek tistaqsi lilek innifsek hija:

1. L-istudenti tal-klassi kollha għandhom 14-il sena jew aktar?

Iva? Tajjeb, għax dawn huma l-udjenza li qed infittxu.

2. Il-klassi tiegħek tippreferi tesperjenza dan il-proġett bil-Malti jew bl-Ingliż?

Il-pupi ta’ Alice jiġu f’żewġ tipi, Alice li titkellem bl-Ingliż u Alice li titkellem bil-Malti. L-istruzzjonijiet fil-kaxxa jaqblu wkoll mal-lingwa ta’ Alice li tagħżlu. Għandna 20 pupa disponibbli bil-Malti u 20 pupa disponibbli bl-Ingliż.

3. Il-klassi tiegħi hija maqsuma fi gruppi. Jekk fl-iskola se taslilna pupa waħda, kif se nagħmlu biex li l-istudenti kollha tal-klassi jesperjenzaw l-ispettaklu?

Il-pupa tista’ titnaddaf bħal kull oġġett ieħor li jintuża fl-iskola. L-istruzzjonijiet u oġġetti oħra fil-kaxxa jistgħu wkoll jiġu sanitizzati.

4. Oġġetti? Mela fiex se tikkonsisti l-kaxxa?

Mistoqsija tajba, prosit. Il-pupa tiġi flimkien ma’: Il-pupa uffiċjali Alice fl-Art bla Meravilji, manwal ta’ struzzjoni li jintewa, karti jew leħħiet tal-logħob, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas il-USB tal-fenek li fih il-viżwali kollha li ser ikollok bżonn biex tlesti dan it-Teatru DIY.

5. Issa fuq kollox kif nordnaw l-pupa?

Sempliċi, kemm tibgħatu email lil contact@teatrumalta.org.mt! Ladarba tagħmel l-ordni tiegħek eventwalment tiġi kkuntattjat sabiex inkunu nistgħu norganizzaw il-kunsinna tal-pupa. Jekk jogħġbok kun żgur li timla l-oqsma kollha meħtieġa kif xieraq.

Alice fl-Art bla Meravilji

Varji Ongoing