A Stroke of Bad Luck

By Teatru Malta

Ħin
20:00:00
Data
October 2020
Post
The Clubrooms Misrah Santa Venera , Sta Venera Malta SVR 1682

Iva, sewwa qrajtu, kważi rnexxielna ntellgħuha din, iżda għal darb’oħra ntlaqatna minn serje qawwija ta’ sfortunitajiet inkluża l-Covid-19 li ġegħluna nikkanċellaw it-tieni attentat li nippreżentaw dan ix-xogħol f’April. Colin reġa’ magħna u lest (nisperaw) biex jitla’ fuq il-palk tal-Club Room f’Ottubru għal serata unika. Iżda dak mhux kollox, għax se nkunu qed nagħmlu streaming tal-ispettaklu LIVE fiċ-ċinema!

Għal dawk li ma jafux, A Stroke of Bad Luck huwa dramm bijografiku dwar il-ħajja ta’ Colin, li ġarrab puplesija xi snin ilu, wara li emigra lejn Malta. Huwa kien il-kummissarju għoli għall-Awstralja f’Malta li ħabba x-xogħol, sab l-imħabba, telaq ix-xogħol u baqa’ hawn biex ikompli bil-passjoni ta’ ħajtu, it-teatru, fejn sar familjari ferm fi produzzjonijiet lokali. Dan huwa ritratt intimu u personali ta’ raġel u l-maħbuba tiegħu, l-attriċi u direttriċi veterana, Nanette Brimmer, hekk kif jippruvaw isibu mod kif jidraw in-normal il-ġdid tagħhom.

Din il-produzzjoni hija wkoll id-debut teatrali f’Malta bħala kittieb konġunt ma’ Nanette Brimmer u direttur, Simon Sharkey, li kien id-Direttur Assoċjat tat-Teatru Nazzjonali tal-Iskozja.

 

B’kollaborazzjoni mal-MADC

Informazzjoni Fuq il-Biljetti

PREZZ: €15 / €12 (konċessjoni)

LINGWA: Ingliż

 

Team tal-Produzzjoni

KITTIEB: Simon Sharkey u Nanette Brimmer

DIRETTUR: Simon Sharkey

DISINN TAL-PRODUZZJONI: Francesca Mercieca

DISINN TAL-ĦOSS: Mario Sammut

A Stroke of Bad Luck

The Clubrooms Misrah Santa Venera , Sta Venera Malta SVR 1682 October 2020