Ej nitkellmu dwar S
Min kien Konstantin Stanislavsky?
Konstantin Stanislavski (1863-1938) kien attur u direttur tal-palk Russu li żviluppa t-teknika ta’ reċtar naturalista magħrufa bħala “Metodu Stanislavsky” li nafuha aħjar bħala method acting.
Stanislavski stinka biex jipprovdi lill-atturi bi struttura biex jikkontrollaw b’mod konsistenti performances profondi, sinifikanti u dixxiplinati. Kien jemmen li l-atturi kellhom joqogħdu emozzjonati b’mod awtentiku waqt li jkunu fuq il-palk u, li b’hekk biss kien se jirnexxilhom jużaw is-sentimenti li esperjenzaw fil-ħajja tagħhom stess. Stanislavski żviluppa wkoll serje ta’ eżerċizzji li ħeġġu lill-atturi jesploraw il-motivazzjonijiet tal-karattri, biex b’hekk jagħtu performances iktar profondi.
Allura x’qed noffru?
B’kollaborazzjoni mas-Simpożju annwali dwar Stanislavsky tad-Dipartiment tal-Istudji Teatrali, Teatru Malta se jagħtik l-opportunità li tattendi workshops u taħdidiet mogħtija minn studjużi ta’ kalibru mondjali minn madwar id-dinja. Se jkunu 15 BISS l-applikanti xxurtjati li se jintgħażlu biex jattendu għal din l-attività. Is-simpożju se jseħħ bejn il-5 u s-7 ta’ April li ġej.
Il-workshops se jindirizzaw:
- L-użu tal-Yoga fit-Taħriġ tal-Atturi
- L-improvizzazzjoni
- Il-kummiedja
- Id-drammi ta’ Chekhov
- It-teatru tal-Assurd
- Xogħol fuq l-iskript
Il-preżentazzjonijiet se jindirizzaw:
- Ir-rabta bejn Stanislavsky u Teatru Mużikali
- Xogħol fuq l-emozzjonijiet
- Il-performance fil-prattika
- Ix-xjenza kognittiva
- Avatars tal-kompjuter
Kriterji biex tapplika
L-applikanti jrid ikollhom 18-il sena jew iktar u jridu jibagħtu xejn għajr ittra ta’ interess lil contact@teatrumalta.org.mt biex japplikaw. Il-postijiet jingħataw fuq il-bażi ta’ min jiġi l-ewwel jintgħażel l-ewwel.
Id-data tal-għeluq biex tapplika hija nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu
The S Word huwa proġett ta’ riċerka internazzjonali li huwa organizzat u ġestit b’mod kollaborattiv bejn London South Bank University, L-Università ta’ Malta, University of California Riverside, The University of Leeds, The Western Australian Academy of Performing Arts, Macunaima Theatre School Sao Paulo, u DAMU Theatre Academy Prague.