Gulbiena – A Panto in the Dark, this Sunday in aid of L-Istrina

Il-Ġulbiena hija litteralment wara l-kantuniera… u le, fejn int sejjer b’rasek? Mhux qed nirreferu għall-pjanta ta’ fuq l-ixkaffa tal-kċina tiegħek. Ġulbiena ir-radjudramm fid-dlam se tixxandar direttament u esklussivament nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru fuq 103 Malta’s Heart, Calypso Radio, XFM u Magic Malta. Dan ifisser li se tkun disponibbli fuq dawk l-istazzjonijiet biss fit-8pm, mingħajr ebda ripetizzjoni u għalhekk kun żgur li ma titlifhiex.

Produzzjoni ta’ Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Malta Community Chest Fund, din se tkun l-unika pantomima li qed issir dan il-Milied fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19. Hija t-tielet edizzjoni tas-sensiela Panto fid-Dlam. Ma tantx inbidlu l-affarijiet għajr li d-dramm li se jsir dirett fuq ir-radju minflok f’kabina tal-ħoss. L-udjenzi xorta mistennija li jilbsu l-headphones tagħhom biex il-panto fid-dlam tibqa’ esperjenza ħajja iżda did-darba mis-sigurtà ta’ djarhom. Dak li huwa saħansitra aħjar hu li hija kompletament bla ħlas din is-sena, allura kun żgur li tismagħha!

Allura dwar xiex inhi? … Fadal siegħa waħda biss fadal u l-protagonisti tagħna qed iħejju għall-wasla ta’ mistieden misterjuż verament speċjali allura kollox irid ikun perfett! Problema waħda… hemm xi ħaġa nieqsa… Il-Ġulbiena ovvjament! Biex iġibu din il-pjanta tal-Milied tant prezzjuża tagħhom se jkollhom imorru fid-dwejra waħxija tas-Saħħara, fejn ħadd qatt ma ssogra jidħol s’issa. L-avventura tagħhom mhux se tkun waħda faċli iżda bl-għajnuna tagħkom forsi jirnexxilhom joħorġu minnha ħajjin! 

Ġulbiena – Panto fid-dlam hija miktuba u diretta minn Vikesh Godhwani u Marta Vella. Il-kast jinkludi lil Chucky Bartolo bħala d-dama, Samuel Farrugia, Anton Saliba u Davinia Hamilton.

X’iżjed? Din is-sena se nkunu qed nagħtu oġġett kuljum b’risq L-Istrina. Allura agħmel donazzjoni (€10) permezz ta’ https://mccf.store/info/21 u jkollok turija esklussiva ta’ apprezzament.

Għal aktar informazzjoni żur www.teatrumalta.org.mt jew ċempel 21220255 illum stess.

Take Over Thursday: Chucky Bartolo

Illum ser inħallu #TakeoverThursday tagħna f’idejn xi ħadd li ċertament huwa midħla sew tal-midja soċjali.
Sewwa qegħdin taħsbu, m’aħna qed nitkellmu dwar ħadd ħlief Chucky, id-Dama ta’ Ġulbiena – il-Panto fid-Dlam. Huwa se jingħaqad magħna għada minn Glasgow biex jurina l-ġurnata kollha tiegħu. Lesti ruħek għax se tieħu pjaċir u tidħaq ftit mhux ħażin. Titlifhiex!

Take Over: Marta Vella and Vikesh Godhwani

Illum, għal #TakeOverThursday, se tispiċċa tara doppju għax kemm Marta Vella kif ukoll Vikesh Godhwani se jkunu qed jieħdu f’idejhom il-midja soċjali tagħna … minn Londra ! Hekk hu, dan se jkun l-ewwel takeover doppju tagħna u ma’ min stajna nagħmluh aħjar jekk mhux maż-żewġ kreattivi li bdejna magħhom dan il-vjaġġ tal-Panto fid-Dlam lura fl-2018?
Titilfuhx għax se tieħdu gost

L-Avvizi – News Letter #5

Ngħiduha kif inhi, din is-sena kienet waħda interessanti, però għandna seba’ mitt sena sa ma nerġgħu nibdew nagħmlu dak li nħobbu l-iktar – l-ipprogrammar tat-teatru għalikom ilkoll!

Mhux sigriet li l-panto tagħna ħadet żvolta differenti din is-sena u li issa se taslilkom permezz tar-radju. Hekk hu, tinsiex tixgħel XFM, 103 Heart, Calypso jew Magic Malta fl-20 ta’ Diċembru fit-8pm biex tisma’ l-atturi favoriti tiegħek jirreċtaw għalik fuq ir-radju. Iżda aktar aħjar minn hekk huwa l-fatt li Ġulbiena – Panto fid-Dlam se ssir b’risq il-Malta Community Chest Fund, għax x’jista’ jkun aħjar milli tagħti lil dawk li l-aktar għandhom bżonn fi żmien il-Milied?

Samuel Farrugia, Davinia Hamilton, Anton Saliba u Chucky Bartolo ilhom ix-xhur għaddejjin bil-provi ta’ dan l-iskritt verament umoristiku, u bħalissa qed iżommu dak ir-ritmu kreattiv tal-panto għaddej fuq Zoom b’antiċipazzjoni tal-lejl il-kbir fl-20 tax-xahar. Għandna wkoll għadd ta’ affarijiet sbieħ imħejjijin għalik qabel dik id-data, mela ibqa’ sintonizzat għal ritorn speċjali minn Frans il-Ħamallu u dehriet ​​minn uċuħ familjari fuq il-midja soċjali tagħna matul Diċembru kollu.

X’hemm iżjed? Dan huwa l-istaġun tal-ferħ allura l-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hi li tqatta’ kull nhar ta’ Ħamis ma’ Vikesh, Marta u Chucky hekk kif jieħdu f’idejhom il-midja soċjali tagħna fil-mixja lejn Ġulbiena, u nibdew nhar il-Ħamis stess bil-kittieba u diretturi Vikesh Godhwani u Marta Vella li se jieħdu t-tmun f’idejhom minn Londra.

Bit-tħejjijiet għall-panto għaddejjin sew, nixtiequ wkoll nieħdu minuta biex nirringrazzjaw lil kulħadd għar-rispons li rċevejna dwar Alice fl-Art bla Meravilji. Il-wirjiet pubbliċi tagħna b’kollaborazzjoni ma’ ŻiguŻajg għalqu lbieraħ, u marru tajjeb ferm, u fil-fatt ma nistgħux inkunu iżjed kuntenti milli aħna. Il-proġett ma jiqafx hemm madankollu. Il-pupi għadhom disponibbli għall-edukaturi biex jordnawhom għal dawk kollha interessati f’dan it-Teatru DIY.

Qabel ma nħallukom nixtiequ nirringrazzjawkom talli bqajtu magħha din is-sena, nafu li ma kinitx faċli imma aħna nwiegħdu li se npattu għall-“assenza” tagħna fl-2021. Ħassejna n-nuqqas tiegħek u nisperaw int wkoll ħassejt in-nuqqas tagħna. Il-Milied it-Tajjeb u Sena l-Ġdida t-Tajba u mimlija Saħħa mingħandna lkoll ta’ Teatru Malta.

Stqarrija mill-Kunsill Malti għal-Arti u Teatru Malta: Pia Zammit vs. It-Torċa

Il-ħelsien tal-espressjoni, id-distinzjoni ċara bejn l-individwu u l-persona tal-artist, kif ukoll l-użu ħieles tal-parodija u s-satira f’kull diskors artistiku ta’ kull sura u għamla, huma elementi fundamentali li kull soċjetà demokratika għandha tgħożż u tippromwovi mingħajr tfixkil jew indħil. Huwa xieraq għalhekk li l-artist u kull min huwa involut fil-qasam artistiku u kulturali jkollu l-konfort li l-ħelsien tal-espressjoni f’kull forma tiegħu ma’ jkun qatt mittiefes jew imtappan. Il-Kunsill Malti għall-Arti, ma’ Teatru Malta, jinsistu li jibqgħu disposti li, flimkien mal-Gvern, hekk kif f’dawn l-aħħar snin kienu ta’ xprun biex jitwettqu r-riformi legali meħtieġa partikolarment bit-tibdil fil-liġijiet marbuta mad-drittijiet tal-artisti u mal-att dwar il-midja u l-malafama, ikomplu jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tal-artist jibqgħu jissaħħu u difiżi fil-ġejjieni.

International Day for the Elimination of Violence against Women – Alice in Wonderless Land review..

Some thoughts from Audrey Friggieri the Commissioner on Gender-based and Domestic Violence on Alice in Wonderless Land

Alice in Wonderless Land is an emotional experience because it brings to the fore all the injustice that that world deals out to girls and women predominantly, although boys are affected too. This all happens in disguise very often, in alienating ways such as advertising, and as a law of nature, as if inequality and oppression are set in stone. This show is an invitation or an opportunity to reflect on what being a girl means in this world, on the workings of power in society, on the ways in which women are oppressed by dominant forces behind the scenes, and  the ways in which women themselves participate in their own oppression due to automatic ways of living and being.

Dominant forces in society tell us all how to be and what to do, what to wish for, what to buy to be cool, what is desirable, what is worthy, beautiful and so on; if we do not fit in this scenario, if we have a different mindset or a different appearance we feel that we are inadequate, doomed. In the absence of a  critical attitude – which the system does its best to discourage at all costs, especially via the ubiquitous media  – we would all be slaves of the oppressive system, devaluing who we are, relinquishing our power, committing metaphorical (and literal) suicide.

This is an artistic installation as well as a play, because it seeks to involve , move, provoke, even shock the audience into feeling and thinking about what is really going on.  It is short but very powerful and would be a wonderful tool for critical thinking and debating in educational settings for older students. It needs preparation, as with any learning resources, for maximum benefit. It also requires reflection afterwards and students should be afforded the space to speak to their counsellor or qualified professionals at school if they need to.  This piece  can be woven within various subjects on the school curriculum: English, Maltese, Social studies, and PSCD, for example.

For more information on Alice in Wonderless Land please click here 

Take Over Thursday: Kyle Fenech

It-Takeover t’għada ser tlaqqana ma’ xi ħadd li forsi mhux wiċċ famljari, iżda huwa interessanti bil-wisq.  Kyle huwa il-persuna li ħoloq l-irjus tal-pupa u l-fenek li issibu fil-Kaxxa ta Alice in Wonderless Land bit-3D Printer. Fil-fatt Kyle huwa artist li juża kemm il-forom diġitali kif ukoll tradizzjonali tal-arti viżwali. Eeee… u bilħaqq, Kyle huwa wkoll mużiċist, idoqq il-kitarra mal-grupp Pyramid Suns 

Mela għada kunu żguri li tagħtu daqqa t’għajn lejn il-pjattaformi soċjali tagħna biex tidħlu ftit fid-dinja ta’ Kyle

3D-Makes

Take Over Thursday: Karl Andrew Micallef

Meta tara ‘l KarlAndrew, 60% tad-drabi li tarah ikun għaddej bil-kamera f’idejh, il-40% l-oħra jkun wara kompjuter jeditja  ‍

Wiċċ familjari ma’ kull min hu nvolut fix-xena kulturali f’Malta, li bosta jgħarfuh mill-kalzetti differenti li huwa dejjem jilbes . Oħrajn jafuh mis-serje ta’ videos li jagħmel fuq il-pjattaformi soċjali tiegħu

Daqqa fuq il-mutur   u din id-darba fit-take over ta’ Teatru Malta. Segwu għada għat #TakeOverThursday ta’ Karl Andrew Micallef. TUNE IN! 

#teatrumalta #takeoverthursday #karlandrewmicallef

See Less