L-AVVIZI: MEJJU 2021

Matul Mejju, Teatru Malta se jkun qed jirrevedi l-applikazzjonijiet tal-Klassi tas-Surmast u jippjana dak li jmiss għall-parteċipanti u għal Cheek by Jowl, li se jospitaw. Dan il-workshop għal parteċipanti adulti ta’ aktar minn 21 sena se jsir Għawdex f’Settembru li ġej u se jkun miftuħ għal prattikanti tat-teatru li diġà jaħdmu fis-settur. Għandna seba’ mitt sena biex nibdew!

Bħalissa qed jinbdew aktar mill-produzzjonijiet li ġejjin tagħna: Manwel Manwel, il-koproduzzjoni tagħna ma’ FCN, li se tiċċelebra ċ-ċentinarju mill-mewt ta’ Manwel Dimech – soċjalist, filosfu, ġurnalist, kittieb, poeta u riformatur soċjali. L-ispettaklu se jittella’ f’Diċembru f’post li għalissa se nżommu mistur, u saħansitra isem id-direttur ta’ dan ix-xogħol se jitħabbar ukoll fil-ġimgħat li ġejjin, bħala l-ewwel mistieden tas-serje podcast ġdida tagħna – Teatru Redifjuxin – pjattaforma ġdida fejn se nkunu qed niffukaw b’mod speċjali fuq il-vjaġġ tagħna fl-R&D tal-2021 kif ukoll suġġetti interessanti oħra li ninsabu ċerti li l-udjenzi tagħna se jsibu divertenti. Kun żgur li tidħol tismagħna!

Il-produzzjoni kontemporanja tagħna tat-teatru biż-żfin għall-2022, Nouveau Riche, ukoll tidħol sew fl-R&D. L-auditions f’April irriżultaw fl-għażla definittiva ta’ żewġ rwoli ewlenin biex issa l-kittieb u direttur Simon Bartolo qed jaħdem mill-qrib mad-direttur tal-moviment Dorian Mallia u l-kollaboraturi Moveo Dance Company biex ifasslu din il-fantasija kemmxejn makabra għall-adulti. Aktar dwar dan fuq is-soċjali tagħna dalwaqt – ibqgħu aġġornati.

Il-proġett Renaissance tal-Konvenzjoni tat-Teatru Ewropew se wkoll se jkollu l-premiere tiegħu dan ix-xahar! Teatru Malta huwa wieħed mit-tnejn u għoxrin teatru tal-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru (ETC), minn 18-il pajjiż Ewropew li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett li jieħu mill-filosofija, il-fantasija, u l-pressjoni li qed ngħixu taħtha f’din il-pandemija biex jipproduċi serje oriġinali ta’ films drammatiċi qosra li se jkunu disponibbli biex narawhom id-dar b’xejn. Segwi lil Leah b’għajnejha miftuħin beraħ waqt li tiskopri d-dinja maġika tal-kotba u tiċċelebra l-passjoni tagħha għall-qari u t-teatru.

Fil-film qasir se naraw lil Leah Grech u Ian Moore b’ċinematografija ta’ Karl Andrew Micallef, mużika oriġinali ta’ Yasmin Kuymizakis, u kitba u direzzjoni ta’ Sean Buhagiar. Grazzi ħafna lil Palazzo Falson u lil Guttenberg Press li qed jagħmlu dil-“ħolma” realtà

Agħti daqqa t’għajn lejn it-trailer u ingħaqad magħna hekk kif ngħoddu b’lura lejn il-premier li se jkun fid-9 ta’ Mejju bejn 00:00 u 23:59 CET! Il-film Rinaxximent se jkun disponibbli fid-9 ta’ Mejju għal ġurnata waħda biss u mbagħad kompletament “on demand” mit-Tnejn 24 ta’ Mejju ‘l quddiem mill-website tal-Konvenzjonijiet tat-Teatru Ewropew  

 

Qabel ma nħallukom, nixtiequ wkoll nifirħu lir-rebbieħa ta’ #TislibaTeatru, Jessica Fenech! Wara li bagħtitilna t-tweġibiet korretti tagħha li tistgħu taraw hawn taħt, aħna kuntenti li għamilna kuntatt magħha u nagħtuha l-maskra tal-għajnejn esklussiva tagħna Teatru Malta × SefFarrugia. Nixtiqulha rqad tajjeb u ħolm sabiħ dwar ħafna tislibiet minn issa ’l quddiem!

Għal aktar tagħrif dwar l-iżviluppi l-aktar reċenti kollha tagħna fejn jidħlu l-produzzjonijiet li bħalissa jinsabu f’R&D, inkiteb fin-newsletter tagħna, segwina fuq il-midja soċjali u attenta għall-artikli regolari fuq Encore Magazine.

#TakeOverThursday: Chantelle Micallef Grimaud

 Tħobbu l-bajtar tax-xewk?  Jekk it-tweġiba hija iva, iċċekkja l-midja soċjali tagħna għada għax l-artista tagħna li jmiss biex tieħu f’idejha mhi ħadd ħlief il- ko-direttur artistiku ta’ Prickly Pear Productions, Chantelle Micallef Grimaud. Hija attur, direttur u produttur, ġeneralment issibha tħuf madwar Malta jew ir-Renju Unit. Għada, madankollu, se tidher tħuf madwar id-dar tagħha  Dan se jinvolvi ħafna te  Zoom u delirju

#TakeOverThursday: Chantelle Micallef Grimaud

 Fancy a Prickly Pear?  If so check out our socials tomorrow because our next artist is taking over and it’s none other than the co-artistic director of Prickly Pear Productions, Chantelle Micallef Grimaud. She is an actor, director and producer, usually seen running around Malta or the UK. Tomorrow, however, she will be seen running around her house  It will involve lots of tea , Zoom and delirium !

Jum Dinji tal-Ktieb 2021

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Ktieb!
.
Hawnhekk hawn teaser mill-film qasir li lestejna dan l-aħħar bħala parti mill-proġett “Renaissance” tal-ETC, u aqta’ xiex? Rinaxximent ta’ Teatru Malta huwa dwar il-kotba, kotba u aktar kotba!
.
Segwi lil Leah kif jixegħlu għajnejha waqt li tiskopri d-dinja maġika tal-kotba u tiċċelebra l-passjoni tagħha għall-qari f’Mejju li ġej! Għalissa tista’ tgawdi ħarsa ċkejkna lejn dak li lestejna
.
Ara Rinaxximent nhar il-Ħadd 9 ta’ Mejju (għal ġurnata waħda biss) jew mit-Tnejn 24 ta’ Mejju ’l quddiem.
_______________________
Flimkien ma’ Leah Grech & Ian Moore
Ċinematografija ta’ Karl Andrew Micallef
Mużika ta’ Yazmin Kuymizakis
Kirba u Direzzjoni ta’ Sean Buhagiar

World Book Day 2021

Today is World Book Day!

Here’s a teaser from the short film we recently wrapped as part of ETC’s Renaissance project, and guess what? Teatru Malta’s Rinaxximent is all about books, books & more books! Follow bright eyed Leah as she discovers the magical world of books and celebrates her passion for reading this May! For now you can enjoy these sneak peeks.
.
Watch Rinaxximent either on Sunday 9th May (only for 1 day) or from Monday 24th May onward.
.
with Leah Grech & Ian Moore
Cinematography by Karl Andrew Micallef
Music by Yazmin Kuymizakis
Written and Directed by Sean Buhagiar

Applika għal Nouveau Riche!

Teatru Malta qed tfittex żewġ atturi biex jipparteċipaw fi produzzjoni mfassla ġdida ta’ teatru u żfin — Nouveau Riche — produzzjoni kontemporanja bil-Malti b’kitba u direzzjoni
ta’ Simon Bartolo, koreografija u moviment ta’ Dorian Mallia, b’kollaborazzjoni ma’ Moveo Dance Company. Ir-rappreżentazzjoni għandha l-għan

li ma tkunx itwal minn siegħa u tinkludi kast li jkun fih kemm żeffiena kif ukoll atturi.

Niżżel l-applikazzjoni tiegħek minn hawn taħt!

Audition for Nouveau Riche!

Teatru Malta is looking to cast two actors to participate in a new devised dance-theatre production Nouveau Riche, a contemporary Maltese piece written and directed by Simon Bartolo, with movement direction and choreography by Dorian Mallia and produced in collaboration with Moveo Dance company. The performance aims to be no longer than an hour and will include a cast of both dancers and actors.

Download your applications below!

#TakeOverThursday – Jamie Cardona

Il-mistieden ta’ takeoverthursdays ta’ għada huwa wiċċ familjari imma dan l-aħħar sar leħen familjari ukollb… u did-darba mhux fuq ir-radju biss se nisimgħuh Lestu ruħkom għax għada se nħallu l-midja soċjali tagħna f’idejn ħadd ħlief l-attur Jamie Cardona! Jiġifieri għandna garanzija ta’ naqra daħk tajba waqt li jmexxina miegħu tul il-ġurnata tiegħu. Titilfuhx!

#TakeOverThursday – Jamie Cardona

Tomorrow’s takeover Thursday guest is a familiar face but he’s recently also become a familiar voice… but tomorrow it’s not just your radios that he’ll be taking over. Get ready because tomorrow we’ll be leaving our socials in the hands of none other than actor Jamie Cardona! You’re guaranteed a couple of laughs as he walks us through his day. Don’t miss out!

L-AVVIŻI – APRIL

Ir-Rebbiegħa magħna u xi ħaġa li kulħadd għandu jkun eċċitat dwarha minbarra l-fdal kollu tal-figolli u l-bajd tal-Għid hi l-applikazzjoni għall-edizzjoni ta’ din is-sena għall-Klassi tas-Surmast. Din il-masterclass kellha tiġi posposta s-sena l-oħra minħabba l-pandem– u le uff, aħjar ma nsemmuhiex! Din is-sena nistgħu sa fl-aħħar nikkonfermaw li se nerġgħu norganizzawha, u bil-kbir ukoll għax il-mistednin ta’ unur tagħna m’huma ħadd għajr l-inkomparabbli Declan Donnellan u Nick Ormerod minn Cheek by Jowl!

 

Minn meta twaqqfet fl-1981, Cheek by Jowl stabbilixxiet reputazzjoni internazzjonali li ġabet ħajja friska lill-klassiċi bl-użu ta’ performances intensi u mqanqlin. Il-Masterclass se ssir f’Għawdex u se tkun miftuħa għal għadd limitat ta’ applikanti minħabba r-restrizzjonijiet li jipprojbixxu gruppi kbar. Jekk tinteressak aqbad u żur il-website tagħna biex tiċċekkja l-formola tal-applikazzjoni u tapplika għal din l-opportunità unika qabel ma tiskadi fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

 

Wara li d-Direttur Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea tat-Teatru, Heidi Wiley, ħarġet b’aħbar speċjali fil-Jum Dinji tat-Teatru, aħna kuntenti ħafna li nħabbru wkoll min-naħa tagħna, li Teatru Malta se jospita l-edizzjoni tal-2021 tal-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru f’Malta din il-Ħarifa bejn it-28 u l-31 ta’ Ottubru, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, Spazju Kreattiv u t-Teatru Manoel. Apparti li din hi l-ewwel darba għas-settur lokali tagħna li se nospitaw l-ETC fi xtutna, dan ifisser li qed niftħu l-konversazzjoni dwar il-kultura u t-teatru għar-rappreżentanti tat-teatru nazzjonali mill-Ewropa kollha. Din hija wkoll opportunità tad-deheb biex nuru kwalunkwe produzzjonijiet lokali li se jkunu qed iseħħu matul it-28 u l-31 ta’ Ottubru 2021 lill-istess entitajiet kulturali Ewropej, u huwa għalhekk li qed nappellaw lill-pubbliku ġenerali biex jinfurmana bi kwalunkwe pjan biex jittellgħu performances matul dan iż-żmien billi jibgħat email lil contact@teatrumalta.org.mt sabiex ikollkom iċ-ċans li tkunu parti mill-programm ta’ avvenimenti tad-delegati uffiċjali tagħna.

 

F’Marzu ħabbarna wkoll it-titli tal-produzzjonijiet li se nipproduċu s-sena d-dieħla, li kollha bħalissa qed jiġu żviluppati u riċerkati flimkien mal-artisti li jew se jkunu qed jidderieġu, jikkoreografjaw, jiktbu jew jipproduċuhom. It-tim tagħna bħalissa qed jaħdem mill-qrib ħafna mal-artisti kollaboraturi tagħna biex niżguraw li l-wirjiet tas-sena d-dieħla jitlestew mingħajr intoppi. Sinċerament għandna seba’ mitt sena biex naraw dan ix-xogħol kollu jieħu l-ħajja fuq il-palk. Id-deċiżjoni li nidħlu fir-Riċerka u l-Iżvilupp ċertament ma kinitx waħda li għamilna ta’ malajr jew faċilment, kif esprimejna b’mod ċar meta ddikkjarajna pubblikament id-deċiżjoni tagħna x-xahar li għadda. Kull waħda minn dawn il-fażijiet ta’ Riċerka u Żvilupp qed tkun ukoll dokumentata tajjeb ħafna u għalhekk żomm ħarstek fuq il-midja soċjali tagħna biex tara b’għajnejk stess dak li qed jiġri wara l-bibien metaforikament magħluqa tagħna hekk kif tiżvolġi l-bqija ta’ din is-sena. Fil-fatt, pereżempju, f’dawn il-jiem se nkunu qed noħorġu sejħa ta’ awdizzjoni għal waħda minn dawn il-produzzjonijiet u għaldaqstant ibqgħu sintonizzati!

 

Fl-aħħar nett xtaqna nfakkru l-edukaturi kollha biex jiċċekkjaw in-News Break tal- Mede nhar it-Tnejn 19 ta’ April ta’ MEDE għax ser inkunu bgħattna l-links kollha tal-performances tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Trikki Trakki. Jekk hemm għalliema li għandhom xi mistoqsijiet nitolbuhom jikkuntattjawna. Insomma, tagħmel x’tagħmel, titlifx li tara lil dawn l-istudenti mimlija talent jegħlbu l-ostakli tal-lockdown f’isem it-teatru u għall-imħabba ta’ #TrikkiTrakki! Dawn il-preżentazzjonijiet huma disponibbli fil-verżjoni sħiħa tagħhom esklussivament għall-iskejjel, madankollu jekk jogħġbok ara l-filmat bil-punti importanti hawn biex idduq tikka mill-festival ta’ din is-sena.