SEJĦA: KLASSI TAS-SURMAST MA’ JÉRÔME THOMAS
26.05.25Wasalna għal edizzjoni oħra tal-Klassi tas-Surmast, u din id-darba ma ikona tad-dinja taċ-ċirku!
Jérôme Thomas huwa artist Franċiż mid-dinja taċ-ċirku. Huwa meqjus minn ħafna bħala pijunier tal-juggling kontemporanju, magħruf għall-mod kif iwaħħad elementi ta’ żfin, teatru, u kompożizzjonijiet viżivi f’xogħlu. Thomas huwa rinomat internazzjonalment u ġej Malta għall-edizzjoni li jmiss tal-Klassi tas-Surmast. Sija jekk inti ġdid fid-dinja tal-moviment, sija jekk diġà għandek xi ftit esperjenza, sakemm tixtieq tesplora ħiliet marbuta maċ-ċirku, l-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Klassi tas-Surmast hija miftuħa għalik, u fiha tista’ tipparteċipa f’workshop li se jesplora t-teatru fiżiku mil-lenti ta’ ċirku kontemporanju.
Qegħdin insejħu għal persuni mid-dinja tat-teatru u atturi biex jingħaqdu magħna għal din il-masterclass eċitanti mmexxija minn Jérôme Thomas. Nistgħu nilqgħu sa 20 parteċipant.
L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ġimgħa, is-16 ta’ Mejju 2025 f’nofsinhar.
Dan il-workshop pubbliku huwa possibbli bis- saħħa tal-appoġġ mill-Ambaxxata Franċiża u huwa wkoll parzjalment iffinanzjat mill-fond IF Incontournable mmexxi mill-Institut Français.