SEJĦA GĦAS-SERVIZZI: UFFIĊJALI F’KUNTATT DIRETT MAL-UDJENZA & TA’ WARA L-KWINTI

15.04.23

Qed infittxu li nqabbdu aktar Ħbieb tal-Bieb, uffiċjali f’kuntatt dirett mal-udjenza, kif ukoll  uffiċjali ta’ wara l-kwinti biex jagħmlu parti mit-tim tal-produzzjoni ewlieni tagħna, għall-programm tal-produzzjonijiet teatrali tagħna, normalment filgħaxijiet b’possibbiltà ta’ wirjiet matinee għal kull produzzjoni, billi jilqgħu l-kalendarju tal-avvenimenti ta’ Teatru Malta fil-postijietpartikolari.

L-Uffiċjali f’Kuntatt Dirett mal-Udjenza u ta’ Wara l-Kwinti se jirrapportaw direttament lill-Maniġer tal-Postijiet u tal-Palk.

Applikazzjonijiet

L-applikanti interessati huma meħtieġa jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV lil: contact@teatrumalta.org.mt.

Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-15 ta’ April 2023, f’nofsinhar. L-intervisti se jsiru fit-18 u fid-19 ta’ April 2023.

L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu intervista għall-għażla.