SEJĦA GĦAS-SERVIZZI: MEXXEJ U TIM GĦALL-ĦBIEB TAL-BIEB

02.02.24

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva qed
tfittex mexxej u tim għall-Ħbieb tal-Bieb biex ikunu
parti mit-tim tal-produzzjoni waqt il-programm ta’
avvenimenti ta’ Teatru Malta, ŻfinMalta u KorMalta.
Għal dan ir-rwol, qed infittxu individwi motivati li
jieħdu gost jilqgħu lin-nies, iservu ta’ gwida u jagħtu
daqqa t’id waqt it-tmexxija ġenerali tal-produzzjoni

tagħna… Hemm raġuni għala nsejħulhom Ħbieb tal-
Bieb, huma dawk li jilqgħuk bi tbissima meta tasal.

Dan is-servizz normalment hu meħtieġ għal spettakli
filgħaxija, bil-possibbiltà ta’ matinees, u jinkludi
laqgħat ta’ preparazzjoni, għal kull produzzjoni f’kull
post iddedikat.