Sejħa għall-Parteċipanti 60+
28.02.25Qatt xtaqt titgħallem dwar it-teatru u d-dinja tagħha? Issa għandek iċ-ċans.
Qed infittxu membri ġodda biex jingħaqdu magħna għall-Każin60+, fis-sitt reġjuni differenti. Kull reġjun se jkollu massimu ta’ 25 membru, allura iddumx taħsiba! Tikkwalifika jekk:
- Għandek 60 sena jew iktar,
- Tieħu gost tkun parti minn grupp,
- Daħka tinżillek għasel,
- Ma tibżax tipprova affarijiet ġodda,
- Tħossok komdu u tieħu pjaċir tiċċaqlaq u tiżfen kif imiss (skont koreografija jew spirtu pront!),
- Tista’ tkanta jew iddoqq xi strument (imma mhux neċessarjament).
Data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet: 28 ta’ Frar 2025 f’nofsinhar.