SEJĦA GĦALL-DIRETTURI EMERĠENTI

11.11.25

Teatru Malta qed jistieden diretturi emerġenti biex japplikaw għal dan il-proġett artistiku ġdid li jesplora drammi mferrxin tul l-Ewropa u l-Mediterran.

DWAR IL-PROĠETT

Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-10 anniversarju ta’ Teatru Malta, l-inizjattiva artistika li jmiss se tinkludi programm magħżul ta’ 10 drammi minn madwar l-Ewropa u l-Mediterran, li qatt ma ġew imtella’ f’Malta qabel. Dawn ix-xogħlijiet se jiġu tradotti u ppreżentati għall-ewwel darba bil-Malti, u se joffru lill-udjenzi l-opportunità li jaraw serje ta’ xogħlijiet importanti minn tradizzjonijiet teatrali li ħafna drabi ma jidhrux biżżejjed fuq il-palk Malti.

QED INFITTXU diretturi emerġenti li:

  • Għandhom xi esperjenza fit-teatru jew fid-direzzjoni (formali jew informali)
  • Huma kurjużi dwar il-minimaliżmu, xogħol ibbażat fuq il-proċess u stejjer li jduru mal-attur
  • Huma ħerqana li jikkolaboraw mal-ensemble u t-tim artistiku ta’ Teatru Malta
  • Jistgħu jikkommettu għal proċess ta’ 4 ġimgħat ta’ provi matul id-dati magħżula fl-2026.

KIF TAPPLIKA

Ibgħat email fuq contact@teatrumalta.org.mt bis-suġġett: “[Isem u kunjom] – Emerging Director Call”

Inkludi:

  • Dikjarazzjoni qasira ta’ intenzjoni (massimu 400 kelma) dwar għaliex dan il-proġett jiġbdek lejh
  • Għidilna x’jattirak f’din l-inizjattiva u x’tittama li tikseb minnha
  • Tista’ tibgħat ukoll filmat qasir minflok dikjarazzjoni miktuba
  • Bijografija qasira jew CV li jinkludu xogħlijiet kreattivi preċedenti, taħriġ u/jew kollaborazzjonijiet
  • Kwalunkwe ħoloq, filmati jew referenzi ta’ xogħol preċedenti jew portafoll

Skadenza: 11 ta’ Novembru 2025, f’nofsinhar (CEST)