SEJĦA GĦALL-ATTURI : PRODUZZJONI TEATRALI MUŻIKALI MARZU 2025
02.03.24Qegħdin infittxu kantanti-atturi għall-partijiet prinċipali u għall-kor għal produzzjoni teatrali mużikali ġdida bil-Malti li ser tittella’ f’Marzu ta’ 2025.
Qegħdin infittxu kantanti-atturi ta’ etajiet differenti u hemm diversi rwoli prinċipali kif ukoll parti importanti u attiva għall-kor. Ir-rwoli kollha joffru sfida artistika, u aħna nilqgħu nies li jixtiequ jagħmlu awdizzjoni għal iktar minn rwol wieħed.
Ibgħat CV u ittra ta’ motivazzjoni għall-karattru/i li tixtieq tawdizzjoni għalihom sa mhux aktar tard mit- 2 ta’ Marzu 2024 fuq contact@teatrumalta.org.mt.