SEJĦA GĦALL-ATTURI: BOĊĊI IL-MUŻIKAL ĠUNJU – LULJU 2025

05.11.24

Qegħdin infittxu kantanti-atturi għall-partijiet prinċipali għal produzzjoni teatrali mużikali ġdida bil-Malti – BOĊĊI IL-MUŻIKAL, li ser tittella’ f’Ġunju u Lulju ta’ 2025, b’koproduzzjoni ma’ Give or Take Productions f’diversi klabbs tal-boċċi madwar il-gżejjer.

Qed infittxu:

Karattru A
Età 25-35
Ġeneru tal-karattru raġel
Lingwa tal-irwol Malti
Karattru jilgħab spiss il-boċċi, b’tempra qasira

Karattru B
Età 55-65
Ġeneru tal-karattru raġel
Lingwa tal-irwol Malti
Karattru jmexxi klabb tal-boċċi

Karattru Ċ
Età 18-28
Ġeneru tal-karattru raġel
Lingwa tal-irwol Ingliż
Karattru immigrant Afrikan simpatiku

Ibgħat CV u ittra ta’ motivazzjoni għall-karattru/i li tixtieq t’awdizzjona għalihom sa mhux aktar tard mill- 5 ta’ Novembru 2024 fuq contact@teatrumalta.org.mt. Aħna nibgħatulek iktar informzzjoni dwar il-produzzjoni u l-karattru li tagħzel u anki informazzjoni dwar dak li inti mitlub tipprepara għall-awdizzjoni.