Sejħa għal Servizz: Maniġer tal-Post u tal-Palk
19.12.22Teatru Malta qed tfittex individwu bħala Maniġer tal-Post u tal-Palk għal medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa, biex nappoġġjaw l-iżvilupp u t-twassil tal-programm artistiku billi nimmaniġġjaw ir-rekwiżiti tal-palk, il-loġistika u l-ekwipaġġ tal-palk għal kull proġett fil-kalendarju tal-avvenimenti ta’ Teatru Malta.
Il-Maniġer tal-Post u tal-Palk irid jirrapporta lill-Kap tal-Produzzjoni.
L-applikazzjonijiet sostnuti bid-dokumentazzjoni meħtieġa, ittra ta’ akkumpanjament, u Curcurriculum Vitae dettaljat għandhom jintbagħtu fuq contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2022, f’nofsinhar.