SEJĦA GĦAL SERVIZZ: MANIĠER TAL-MARKETING U L-KOMUNIKAZZJONI

12.06.24

Ingħaqad mal-familja ta’ Teatru Malta: Lesti ruħek għall-avventura li jmiss

Haw’ int!

Lest biex issalpa fuq vjaġġ straordinarju mal-kumpanija nazzjonali tat-teatru f’Malta? Teatru Malta qed tfittex Maniġer tal-Marketing u l-Komunikazzjoni entużjast u ta’ esperjenza sabiex bil-ħiliet tiegħu, jagħti laqta iktar maġika lill-kampanji tar-reklamar u l-inizjattivi tagħna matul dan il-vjaġġ.

Qed noffru avventura ta’ tliet snin, fejn int se tkun qed toħloq, tagħmel strateġiji, tinnota u eventwalment tiġi ssegwi jew tmidd idejk. Se tirrapporta lejn il-Kap tal-Produzzjonijiet u d-Direttur Artistiku/General Manager tagħna (minn tagħna ħafna, tinkwetax).

Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek, u inkludi d-dokumenti kollha meħtieġa bħala prova tal- kwalifiki tiegħek, ittra ta’ motivazzjoni, u CV iddettaljat, lil contact@teatrumalta.org.mt sa nofsinhar sat-12 ta’ Ġunju, 2024. L-intervisti se jsiru nhar il-14 ta’ Ġunju 2024.

Taħseb li int tal-qatgħa? Mela kompli aqra hawn taħt!