SEJĦA GĦAL SERVIZZ: KAP TA’ TEATRU MALTA

20.08.25

Sejħa għal Applikazzjoni: Kap ta’ Teatru Malta – 746/2025
(Fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva – NAPA)

Taħseb li kapaċi tieħu lill-kumpanija nazzjonali tat-teatru għall-kapitlu li jmiss? Teatru Malta – il-qalba tat-teatru Malti – qed ifittex kap kuraġġuż, strateġiku, u li jħobb it-teatru biex jingħaqad mat-tim tiegħu bħala l-Kap ta’ Teatru Malta.

Dan mhuwiex xogħol kwalunkwe imma opportunità biex tagħġen il-futur tat-teatru f’Malta, taħdem ma’ artisti brillanti, u titla’ fuq il-palk magħna – mhux neċessarjament litteralment (sakemm ma tridx ukoll). Fih tkun il-moħħ wara s-seħer kreattiv.

Għaliex Teatru Malta?
Aħna l-kumpanija nazzjonali tat-teatru ta’ Malta – kurjużi, inħobbu nesperimentaw u impenjati b’ruħna u ġisimna għall-ħolqien ta’ teatru li jmiss lil kulħadd – minn Għawdex sal-Belt (u lil hinn). Bħala parti min-NAPA, xogħolna huwa li noħolqu teatru li jissogra, jispira, u jwessa’ l-konfini. Stħajjilna bħala magna kulturali li daqstant ieħor hija spazju fejn inħabbtu ideat ġodda ma’ xulxin.

Lil min qed infittxu?

Xi ħadd komdu jikkalkula n-numri waqt li fl-istess ħin jidħol fi skambju dwar ideat kbar mal-artisti. Strateġista kulturali, persuna li tmur tajjeb man-nies, u ssolvi l-problemi. Xi ħadd li jista’ jibbilanċja l-kaos kreattiv ma’ tmexxija soda. Jekk tħobb it-teatru, u tiflaħ tmexxi baġits, sħubijiet, u l-operat b’kapaċità f’daqqa, dan l-irwol għalik.

 

L-Irwol

Bħala Kap ta’ Teatru Malta, se taħdem mill-qrib mad-Direttur Artistiku u d-Direttur tan-NAPA biex:

  • Tmexxi: It-tim, l-operat, u dak kollu li jżomm lil Teatru Malta għaddej.
  • Tagħġen il-Futur: Tgħin fl-ippjanar ta’ produzzjonijiet, tours, kollaborazzjonijiet, u avventuri internazzjonali.
  • Twettaq il-Viżjoni: Tgħin fl-istrateġija kreattiva tad-Direttur Artistiku, waqt li tiżgura li kull produzzjoni tirnexxi min-naħa artistika u amministrattiva.
  • Tibni Sħubijiet: Tibni relazzjonijiet ġodda ma’ postijiet, festivals u finanzjaturi lokali u internazzjonali.
  • Tiffinanzja l-Ħolma: Tissorvelja l-baġits, l-ippjanar finanzjarju, u l-finanzjament tal-inizjattivi.
  • Tinvolvi ruħek fil-komunità: Tmexxi l-programmi tagħna edukattivi u dawk li jidħlu fil-komunità, biex tispira l-ġenerazzjoni li tielgħa ta’ kreaturi fil-qasam tat-teatru, flimkien mal-udjenzi.

Din hija pożizzjoni fis-settur pubbliku (Skala 4) b’pakkett finanzjarju b’saħħtu, benefiċċji, u l-opportunità li taħdem fil-qalba tal-arti performattiva ta’ Malta.

X’teħtieġ

  • Maġisteru rikonoxxut (Livell 7 tal-MQF) u aktar minn erba’ snin ta’ esperjenza f’qasam relevanti (fosthom sena fi rwol ta’ maniġment), JEW Baċellerat rikonoxxut (Livell 6 tal-MQF) u aktar minn sitt snin ta’ esperjenza f’qasam relevanti (fosthom sena fi rwol ta’ maniġment).
  • Imħabba għall-arti u abbiltà ppruvata fi tmexxija ta’ timijiet, baġits, u ħsieb strateġiku.
  • Sens ta’ avventura – għax f’dan l-irwol trid tivvjaġġa, tmur għal rappreżentazzjonijiet filgħaxija, u ssolvi l-kriżijiet li kultant jinqalgħu b’mod kreattiv.

Għaliex dal-irwol se jġiegħlek tħobbu

Għax it-teatru qatt mhu tedjanti – u daqstant ieħor dan l-irwol. Se tkun fil-qalba tal-ħolqien ta’ esperjenzi kulturali straordinarji, se taħdem ma’ wħud mill-artisti u ħassieba l-aktar innovativi f’Malta u lil hinn.

Lest titla’ fuq il-palk?
Ibgħat CV u ittra indirizzata lil napa@napa.mt sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, l-20 t’Awwissu 2025.

Għall-kuraġġużi, il-viżjonarji, u dawk li xi ftit jew wisq ossessjonati bit-teatru – din tista’ tkun is-siegħa tagħkom.