SEJĦA GĦAL PARTEĊIPAZZJONI

10.10.23

Qed infittxu atturi li jidentifikaw bħala rġiel u subien għal proġett ġdid li ser isir il-Ġgantija, b’direzzjoni ta’ Jimmy Grima.

Il-viżjoni tagħna hi dik ta’ kor magħmul kompletament minn irġiel u subien Għawdxin. Minħabba f’hekk huwa importanti li kull min japplika jkun fluwenti fil-Malti. L-applikanti jridu jkunu lesti li jkunu Għawdex għall-provi, iffilmjar u għall-ġranet tal-produzzjoni. Qed infittxu kor ta’ 15-il membru ta’ età tvarja bejn it-18 u l-90 sena. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ ACM,  u huwa wkoll parti mill-proġett komunitarju tal-Gozo Creative Theatre Club.

Jekk interessat tieħu sehem, ibgħat fuq contact@teatrumalta.org.mt sal-10 ta’ Ottubru, 2023