SEJĦA GĦALL-PERFORMERS TAL-VUĊI: MUSICAL IN THE DARK
02.12.21Mill-imħuħ kreattivi li ġabulkom il-panto fid-dlam ġejja esperjenza kompletament ġdida fid-dlam… MUSICAL biex inkunu preċiżi 😁 u aqtgħu xiex!?
Qed ifittxu 4 artisti vokali għal dan il-proġett ġdid fid-dlam tagħhom!
LIL MIN QED INFITTXU?
Qed infittxu talenti ta’ kull età ’l fuq minn 18-il sena, b’ħiliet tajba fir-reċtar u l-kant. Aħna determinati li jkollna casting b’diversità, inklużiv u awtentiku. Inħeġġu ħafna lill-artisti li huma visually impaired biex japplikaw. Għal kull rwol, se nqisu artisti kwalifikati, mingħajr ma nħarsu lejn diżabilità, razza, età, kulur, oriġini nazzjonali, reliġjon, orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru.
L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija nhar l-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru fis-6PM.
Niżżel is-sejħa għall-awdizzjonijiet illum ⤵️