Sejħa għal: Direttur tal-Festival ta’ Trikki Trakki 2024–2026
19.12.22Teatru Malta qed tfittex individwu bħala Direttur tal-Festivals biex jipproduċi b’mod artistiku l-Festival annwali tat-teatru taż-żgħażagħ ta’ Teatru Malta: Trikki Trakki u biex jikkoordina u jkompli jistabbilixxi dan il-festival.
Id-Direttur tal-Festival ta’ Trikki Trakki se jirrapporta lid-Direttur Artistiku/Maniġer Ġenerali u lill-Kap tal-Produzzjoni.
L-applikazzjonijiet sostnuti bid-dokumentazzjoni meħtieġa flimkien ma’ kampjun ta’ xogħol kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti u Curcurriculum Vitae dettaljat għandhom jintbagħtu fuq contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2022, f’nofsinhar.