SEJĦA GĦAL AWDIZZJONIJIET: MA KURAĠĠ
18.05.22Teatru Malta f’ko-produzzjoni ma’ Teatru Manoel qed ifittex atturi versatili biex jagħmlu parti mill-kast ta’ Ma Kuraġġ, traduzzjoni tal-epika ta’ Brecht Mother Courage and Her Children. Din hija koproduzzjoni bejn Teatru Malta u t-Teatru Manoel li qed tiġi prodotta fit-Teatru Manoel f’Settembru 2022 mid-direttur Jean-Marc Cafa` bit-test tradott minn Loranne Vella.
Aħna qegħdin infittxu grupp b’saħħtu ta’ atturi li jħossuhom kunfidenti fil-moviment u r-rakkontar ta’ stejjer.
Jekk tixtieq tirreġistra għall-awdizzjoni niżżlu l-applikazzjonijiet tagħkom illum u ibgħatilna email fuq contact@teatrumalta.org.mt mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa t-18 ta’ Mejju.
Fl-email tiegħek hemeż dan li ġej:
— Ritratt tal-passaport;
— CV tal-prestazzjoni u t-taħriġ jew bijografija;
— Kull rwol li int partikolarment interessat fih;
— It-tul tiegħek;
— Kwalunkwe problema rigward id-disponibbiltà għall-provi.
Aħna mbagħad se nipprovdulek il-materjal li teħtieġ tħejji.