Direttur tal-Festival Trikki Trakki – Kuntratt għas-Servizz
22.05.20Qed infittxu li nimpjegaw fornitur tas-servizz għal-tlett snin, b’esperjenza u entużjażmu biex iservi bħala Direttur ta’ Festival u jipproduċi artistikament il-festival annwali ta’ Teatru Malta dwar it-teatru għaż-żgħażagħ: Trikki Trakki, u biex jikkoordina u jistabilixxi l-festival.
L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa, li tinkludi CV iddettaljata, għandhom jaslulna fuq contact@teatrumalta.org.mt mhux aktar tard mit-22 ta’ Mejju, f’nofsinhar.
L-applikanti għandu jkollhom numru validu ta’ reġistrazzjoni tal-VAT. Il-fornitur tas-servizz magħżul ikun responsabbli għall-kontributi rilevanti kollha tat-tassazzjoni u tas-sigurtà soċjali kif mitlub mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.