CALL: XENI – MASTERCLASS TAD-DISINN TAT-TEATRU U L-ARTI TAL-PALK

01.06.23

XENI hija l-masterclass tagħna mgħallma minn professjonisti tad-disinn tat-teatru, l-arti tal-palk jew tal-immaniġġjar, lil persuni li
se jridu jaħdmu fit-teatru fil-futur u li huma interessati jaħdmu wara l-kwinti, li se jsiru kollha fuq il-Palk Ewlieni ta’ Teatru Manoel. Din is-sena, se niffukaw fuq id-disinn tad-dawl ma’ disinjatur tad-dawl magħruf, Ben Ormerod. L-ewwel ħamest ijiem se jinkludu taħriġ intensiv dwar il-kunċett tal-kulur, l-ipplottjar bażiku, u t-teknoloġiji fit-teatru.

L-applikanti mbagħad se jingħataw l-opportunità li jiġu akkoppjati ma’ wieħed mill-Proġetti Studio Francis Ebejer tagħna, biex
jaħdmu fuq id-disinn tad-dawl għax-showcase li se sseħħ fit-8, id-9 u l-10 ta’ Settembru 2023, taħt is-superviżjoni u l-mentoraġġ ta’ Ben Ormerod.

CV artistika, ritratt u ittra ta’ motivazzjoni ta’ 300 kelma għandhom jintbagħtu lil xeniworkshop@gmail.com sa 1 ta’ Gunju, 2023, f’nofsinhar. Jekk jogħġbok ikkuntattjana biex tgħarrafna jekk għandekx xi rekwiżiti ta’ aċċess.