The New Victorians
Biografija
L-2011 ra t-twelid ta’ The New Victorians, duo ta’ aħwa nisa li tfassal wara s-suċċess li kisbu fl-Alchemy Songwriting Competition fl-U.S. Fl-2015, ħarġu l-ewwel album tagħhom Seeker Seeker li inkluda kanzunetti bħal Keep Me In Love. Fl-2018 ħarġu Silence, L-EP li bih fetħu għall-artista Anastacia li kellha kanzunetti li laħqu l-livell ta’ platinu fuq iċ-charts mużikali waqt it-tour Ewropea tagħha Evolution, u għall-BBC Concert Orchestra fl-2019. Aktar riċentament, id-duo ħarġu l-aħħar EP tagħhom If I Had To Tell You The Truth, xogħol bilingwi li jinkludi l-kanzunetta ta’ suċċess Min Jaf li laħqet il-quċċata taċ-charts mużikali lokali għal għadd konsekuttiv ta’ ġimgħat.
L-aħwa nisa wkoll għandu interess sinifikanti għall-potenzjal drammaturġiku tal-manipulazzjoni tal-ħoss live u l-mużika elettronika oriġinali fit-teatru. Fl-2018, kellhom id-debutt teatrali tagħhom b’MARA li kienet sold out f’għadd ta’ spazji teatrali bħala parti mill-programm tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali tal-Kultura Ewropea u f’Inverness bħala parti mill-Exchange Festival tat-Teatru Nazzjonali tal-Iskozja qabel komplew bl-ispettakli fil-Vault Festival f’Waterloo fl-2019. Wara Londra, MARA wkoll għamel id-debutt tiegħu fl-Edinburgh Fringe Festival fit-teatru Pleasance fl-2019. Fl-2018, id-duo wkoll kienu kkummissjonati biex jagħmlu żewġ xogħlijiet teatrali elettroniċi; Rave & Behave, spettaklu għat-tfal għal ŻiguŻajg International Arts Festival, u VII (Sette), kummissjoni ta’ Teatru Malta li seħħet fil-Forti Sant Iermu li kienet kompletament sold out f’Ġunju, 2019.
Riċentament, iż-żewġt aħwa nisa pproduċu u varaw żewġ runs ta’ Christmas Chapel Hop; tour sold out bi spettakli f’kapelli different madwar Malta matul l-Istaġun tal-Milied. Ħarġu t-tieni album komplut tagħhom Thick Skin li nedew f’tnedija li kienet interattiva b’installazzjonijiet tad-dawl ta’ Late Interactive f’Lulju, 2022.
The New Victorians rebħu l-premju tal-Artisti tas-Sena mill-Kunsill Malti Għall-Arti fl-2019.