Sandie Von Brockdorff

Attriċi

Biografija

Sandie hija attriċi Maltija bbażata f’Londra. Sandie tħarrġet mal-iskola tal-Arti u Teatru Stagecoach u TMYT f’Malta, Atlantic Acting School f’New York u ggradwat mill-iskejjel tal-Edukazzjoni u l-Arti f’Londra. Sandie kienet studenta tal-Old Vic Theatremaker programme, it-Teatru Nazzjonali taż-Żgħażagħ tar-Renju Unit u hija wkoll membru ta’ kumpanija ta’ Shakespeare WhatsTheirNames Theatre. Sandie ħadet sehem f’As You Like It ma’ WTN Theatre, On the Other Hand We Are Happy ma’ FM Theatre, Blanket Ban ma’ Chalk Line Theatre, interpretat l-irwol ta’ Mara ma’ The New Victorians kif ukoll dak ta’ Sette ma’ Teatru Malta. 

Produzzjoni