Michela Galea
Biografija
Michela hija kantanta, attriċi u mudella. Hija bdiet titgħallem il-pjanu u t-tejorija tal-mużika fl-eta’ ta’ 7 snin. Sa minn meta kellha 4 snin, Michela kienet tattendi skejjel tal-arti performattiva fejn it-teatru, il-kant u ż-żfin kienu jiġu mgħallma, u irnexxielha tikseb numru ta’ kwalifiki.
Fl-2017, Michela ġiet inkurunata bħalha Miss World Malta fejn irrapreżentat lil Malta f’Miss World ġewwa ċ-Ċina. Hemmhekk, ġiet inkurunata bħalha Miss World Talent. Michela gradwat fil-Baċċellerat tal-Arti fl-Istudji Teatrali u bħalissa qiegħda tagħmel Masters fl-Istudji Teatrali.
Fl-2021 ħadet sehem f’Miss Universe Malta fejn kisbet it-tieni post.
Michela hija wiċċ familjari fuq it-televiżjoni, kellha rwoli fi “D.R.E.A.M.S”, “Ħbieb u Għedewwa”, “Jackpot 4″, “Luna” u “L-Għarusa”, flimkien ma rwoli żgħar oħra. Mit-televiżjoni, imxiet għaċ-ċinema fejn ħadet rwol prinċipali fil-film “Ħabbilini Ħa Nirbaħ”, u kienet ukoll involuta f’diversi produzzjonijiet teatrali: “Il-Kbir Għadu Ġej”, “Rajtha Fejsbuk”, “Grease” u “Żeża tal-Flagship” fost oħrajn.
Tul il-karriera tagħha fil-mużika, Michela kellha numru ta’ kisbiet: ġiet l-ewwel fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014, u L-Għanja tal-Poplu 2018, ipparteċipat fl-ewwel u t-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Festival tal-Kanzunetta Maltija u kienet semifinalista fil-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena fost oħrajn.