Matthew Dimech Genuis
Biografija
Matthew għandu 20 sena, u minn età żgħira dejjem wera interess lejn id-drama. L-ewwel dramm fejn kellu parti prinċipali kien id-dramm Mrar, fejn ħadem ma’ diversi atturi stabbiliti. L-aktar esperjenza riċenti li ħa sehem fiha kienet produzzjoni ta’ Studio 18, bl-isem Flushed. Fost bosta oħra, Matthew, tul il-karriera tiegħu, ħadem fuq teledrammi Maltin bħal Iċ-Ċaqqufa, Rajt ma Rajtx, Grammi, Rifless u Il-Patt. Ħa sehem ukoll f’films qosra fosthom Buddy Bear u The Maltese Fighter. Karattru interessanti ieħor, li ħadem għal ŻiguŻajg, kien wieħed prinċipali ta’ Żepp f’Ineż Kienet Perf(etta) u din is-sena se jesperjenza għall-ewwel darba t-Teatru Manoel permezz tal-produzzjoni Ma Kuraġġ u Wliedha, fejn se tkun sfida u esperjenza memorabbli oħra fil-karriera teatrali tiegħu.