Kurt Gabriel Meli

Ko-Kittieb

Biografija

Kurt huwa interpretu freelance b’passjoni lejn il-kitba u taqagħlu żaqqu għal xi biċċa tiramisù!

Kurt kiteb l-ewwel reċta tiegħu, Il-Grada, fl-2018, li mbagħad rebħet ħames unuri fl-MADC One-Act Play Festival, fosthom tal-aqwa skript. It-tieni u t-tielet reċta, Pastizz X’Jaħbat? u GUTZ, kienu miktubin flimkien ma’ Alex Weenink.

Apparti l-kitba, Kurt joħloq filmati qosra li jispeċjalizzaw fil-lingwistika Maltija u l-etimoloġija, u bħalissa qed jagħmel Masters fl-Istudji tal-Interpretar fl-Università ta’ Malta. Iħobb il-kulur oranġjo u l-qtates ġinġrin.

Produzzjoni