Chantelle Micallef Grimaud

Attriċi

Biografija

Chantelle studjat fir-Royal Conservatoire of Scotland fejn kisbet MA fil-Musical Theatre, wara li studjat Il-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-istess grad u ggradwat b’Baċellerat fl-Arti fl-Ingliż u l-Istudji Teatrali mill-Università ta’ Malta. Fost oħrajn, hi ħadet sehem bħala d-Duka f’Two Gentlemen of Verona (Matchstick Theatre ġewwa Londra), bħala Agave f’The Bacchae (Esmond Road Productions), bħala n-Narratur f’Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat (Teatru Astra ġewwa Għawdex), f’Lucid ta’ Twice Shy Theatre (Latitude Festival), f’A Tribute to Motherhood (Il-Palazz tal-President ġewwa Malta), bħala Etelvina f’Angeleta and Etelvina (Little Angel Theatre ġewwa Londra), f’Love Me Tinder Cabaret u f’Darling Ghost (Edinburgh Fringe Festival) u bħala l-Mara f’Blood Wedding (Teatru Manoel ġewwa Malta).

Hi l-kofundatur ta’ Prickly Pear Productions li ppreżentaw produzzjonijiet oriġinali f’VAULT Festival, f’Camden Festival, f’Theatre Deli Sheffield u fit-Teatru Manoel, ġewwa Malta, u ħafna  oħrajn. Fl-2022, ħadu l-ispettaklu bil-pupazzi kkummisjonat bl-isem Displaced fil-Beverly Puppet Festival, u nedew il-podkast tagħhom Actors’ Atlas, li jesplora l-industrija internazzjonali tal-ispettaklu b’atturi minn madwar id-dinja kollha.