Alex Weenink

Attur u Ko-Kittieb

Biografija

Alex, artist u produttur tat-teatru. Rappreżentazzjonijiet riċenti li ħadem fihom jinkludu Ray Dooley f’The Beauty Queen of Leenane (MADC), Tony f’Bull (Ringside Theatre Company), Aguecheek/Feste fi Twelfth Night (TOI TOI Teatru Manoel), Desperation f’Walking Home (Prickly Pear Productions), Ensemble f’Il-Fidwa tal-Bdiewa (Teatru Malta u The New Victorians), Luke/Moritz fi Spring Awakening (Adrian Buckle).

Apparti GUTZ, kiteb ukoll Pastizz X’Jaħbat? flimkien ma’ Kurt Gabriel Meli.

Huwa wkoll id-Direttur Artistiku ta’ Chewing Productions, lok kreattiv fejn jinbtu ideat għal żviluppi ġodda fit-teatru. Produzzjonijiet ta’ Chewing Productions jinkludu A Ritual of Smoke & Mirrors, 3X3, The Memo Project, Pastizz X’Jaħbat? u 2X2.  

Meta ma jkunx qed joħloq xi ħaġa, jieħu gost b’xi mixja twila fil-kampanja u xi ikla tajba u pinta barra warajha.

Produzzjoni