SEJĦA GĦALL-GRUPP TA’ TEATRU MALTA

07.11.25

L-ewwel Ensemble ibrida ta’ Teatru Malta kellha debutt tal-ġenn! L-Ensemble wriet li t-teatru f ’Malta jista’ jkun kuraġġuż, aġili, u b’għeruqu fost niesu. Irridu nżommu l-pass, u għalekk, se niftħu l-awdizzjonijiet għal membri ġodda tal-Grupp.

X’QED INFITTXU

  • Ħiliet performattivi b’saħħithom u rieda ta’ kollaborazzjoni.
  • Talenti ibridi li jmorru lil hinn mir-reċtar (eż. kitba, tfassil, moviment, mużika, xogħol vokali, edukazzjoni, produzzjoni, ġestjoni talproduzzjoni, traduzzjoni, direzzjoni talmoviment, direzzjoni mużikali, ħolqien ta’ kontenut, teknika jew disinn).
  • Komunikazzjoni bilingwi (bil-Malti u bl-Ingliż).
  • Entużjażmu għat-touring, l-edukazzjoni, u t-teatru komunitarju.

L-AWDIZZJONIJIET – NOVEMBRU 2025

  • L-Ewwel Fażi: Warm-up fi grupp, improviżazzjoni, u sejħa għal moviment qasir.
  • It-Tieni Fażi: Prestazzjoni fuq biċċa xogħol imħejjija ta’ bejn 2 u 5 minuti (test, kanzunetta, moviment, jew taħlita) segwita minn intervista.
  • Awdizzjoni Finali: Sessjoni mal-Ensemble kurrenti fl-ispazju tar-rehearsals ta’ Teatru Malta (id-dettalji jingħataw mal-konferma).

Notifikazzjoni: sal-bidu ta’ Diċembru tal-2025

Bidu: Jannar tal-2026

BIEX TAPPPLIKA IBGĦAT FUQ CONTACT@TEATRUMALTA.ORG.MT 

  1. CV u Portafoll
  2. Ittra ta’ motivazzjoni għidilna dwar il-potenzi tiegħek fuq il-palk, u s-superpotenza tiegħek lil hinn mill-palk
  3. Ħolqa għal filmat (rappreżentazzjoni waħda jew kumpilazzjoni, massimu ta’ 3 minuti)

Id-Data ta’ Skadenza: Il-Ġimgħa, is-7 ta’ Novembru 2025 f ’nofsinhar.