Saħħiet uffiċċju! Għalissa se naħdmu mid-dar!

Saħħiet uffiċċju! Għalissa se naħdmu mid-dar! L-uffiċċju ewlieni ta’ Teatru Malta se jagħlaq minn nhar it-Tnejn, 16 ta’ Marzu.

Ħej, nota ċkejkna ċkejkna kemm navżaw lil kulħadd li minħabba s-sitwazzjoni mhux tas-soltu li għaddejjin minnha bħalissa, l-uffiċċju tagħna fit-Teatru Pandora taż-Żejtun se jkun magħluq il-ġimgħa d-dieħla kollha u sa meta nerġgħu noħorġu avviż ieħor dwar dan. Il-laqgħat kollha li kellhom isiru wiċċ imb’wiċċ fil-jiem li ġejjin se jsiru fuq Skype. Teatru Malta għadhom qed jaħdmu daqs bgħula, imma mid-dar għalissa. Ma jsejħulniex it-Teatru Nazzjonali bla ħitan għalxejn Ħudu ħsieb l-aħwa, u ibqgħu siguri!

In-numru tat-telefown 21220255 tagħna mhux se jkun qed jintuża għalissa, iżda tista’ ċċemplilna fuq 9906 3089 minflok. Inkella ibgħatilna email, hawn għadna!