PROGRAMM 2026 | GĦAXAR SNIN TA’ TEATRU MALTA
Għaxar Snin ta’ Teatru Malta
Il-programm tal-2026 mhuwiex biss staġun. Huwa dikjarazzjoni. Ittra ta’ mħabba għall-għaxar snin li għaddew u għal dawk li għadhom ġejjin. Bil-proġett Għaxra, sejrin lura ż-Żejtun, il-post fejn twieled Teatru Malta għaxar snin ilu u se nieħdu f’idejna it-Teatru Domus biex inbiddluh f’black box theatre għal diretturi emerġenti. Mid-dramm Ir-Rebħa tal-Ħuta li Ttir, għall-festival tad-DoSEL, Drama of Smaller European Languages, sa Ġimgħa l-Ħabs, xogħlna jibqa’ kuraġġuż u urġenti. Trikki Trakki u Ġambori jerġgħu lura u Boċċi the Musical jirritorna fuq talba tal-udjenzi. Teatru Redjifjuxin evolva fi pjattaforma għar-radjudrammi u b’Timtax il-Jum se jkun l-ewwel wieħed. U r-repertorju tagħna jkompli jikber b’MITI MITI, Gutz, Oħxon, Republikgħana u Drago.
Għaxar snin.
Bewsa lil dawk kollha li kienu parti minnu.
Bewsa għal dawk kollha li għadhom ġejjin.
X