L-Ikla t-Tajba

Ta' Nona Ciobanu

L-Ikla t-Tajba se joħloq l-aqwa bankett għall-komunità. B'kollaborazjoni ma' Valletta 2018, paxxi lil għajnejk u ’l żaqqek b’esperjenza interattiva permezz ta’ ikla Maltija per eċċellenza b’ingredjenti mill-passat tagħna, delikatezzi tal-lum u esperjenza stramba u inkredibbli bl-ikel li għandhom igawdu minna l-udjenzi kollha. Le mhux ser tmorru d-dar bil-ġuħ, wara l-ispettaklu kullħadd huwa mistieden idur mal-mejda tal-ikel u jieħu gost b' majjallata tradizzjonali. Duq il-majjal flimkien mal-ħaxix, patata l-forn u tazza inbid direttament minn Għawdex imwassal minn Ta' Mena.

Ħin
7:30 pm
Data
Awwissu
Post
Għawdex, mal-baħar

“F’Awwissu ħafna nies imorru Għawdex: mhux tajjeb jaraw daqsxejn teatru li jqajjem l-aptit ukoll?’’

 

 

Tim tal-Produzzjoni

Direzzjoni: Nona Ciobanu
Poeżija: Immanuel Mifsud
Disinn tas-Set: Peter Košir
Maniġer: Vanessa Attard

Atturi

  • Paul Portelli
  • Ruth Borg
  • Rebecca Camilleri
  • Charlotte Grech
  • Martina Georgina
  • Ira Melkonyan
  • Julia Camilleri
  • Liliana Portelli
  • Pierre Stafrace
  • Lisa Farrugia

L-Ikla t-Tajba

Għawdex, mal-baħar Awwissu