Ir-Rebħa tal-Ħuta li Ttir

By Teatru Malta

Ħin
19:30
Data
16 - 26 April
Post
Teatru Manoel

Waqt dil-ġimgħa ta’ DOSEL, ġietna x-xoqqa f’moxtha, biex bħala parti mill-programm nippreżentaw Ir-Rebħa tal-Ħuta li Ttir ta’ Carmel S. Aquilina għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel.

L-istorja hija waħda li tgħaqqad il-politiku mal-personali u d-dimensjoni storika ma’ dik umana, billi tuża l-passat kolonjali ta’ Malta bħala mera għall-preżent postkolonjali tagħha. Id-dramm huwa mibni fuq kapitlu veru u mdemmi mill-istorja ta’ Malta, meta fl-1807 reġiment ta’ merċenarji Griegi stazzjonati fil-Forti Rikażli rribellaw kontra l-awtoritajiet kolonjali Brittaniċi minħabba trattament ħażin u pagi baxxi.

Il-protagonista ta’ Aquilina hija Constance, mara żagħżugħa Ingliża li tgħix f’dinja tal-moħħ, tal-ħolm u tas-simboli li jieħdu l-ħajja meta tasal f’Malta. Waqt li l-kaptan u l-gvernatur jitħabtu biex jikkontrollaw irrivolta, Constance qed tiskopri xi ħaġa oħra: il-kunflitt bejn il-qawwa kolonjali Brittannika li qed tipprova tikkontrolla l-ispirtu Mediterranju li huwa aktar selvaġġ u antik kif ukoll it-tama ta’ futur aħjar u s-sagrifiċċji terribbli li jridu jsiru biex dan iseħħ.

 

Tim Kreattiv

Kitba: Carmel S. Aquilina

Direzzjoni: Philip Leone-Ganado

Kast:

Michela Farrugia

Jacob Piccinino

Miguel Formosa

Peter Busuttil

Simone Spiteri

Mikhail Basmadjian

Ir-Rebħa tal-Ħuta li Ttir

Teatru Manoel 16 - 26 April