Il-Festival tad-Drammi tal-Lingwi Ewropej Żgħar
Malta: Ir-Rebħa tal-Ħuta li Ttir, 16 ta' April
Teatru Malta
Slovenia: The Text of the Body, 18 ta' April
Prešeren Theatre Kranj
Croatia: Always Be Like A Dragon, 20 ta' April
It-Teatru Nazzjonali Kroat
Estonja: Medium, 22 ta' April
L-Aġenzija tat-Teatru Eston
L-essenza fil-fliexken iż-żgħar. Aħna żgħar b’lingwa żgħira, jew aħjar mitkellma minn ftit nies. Imma dak li hu tagħna, tagħna. Aħna wkoll parti mid-diversità lingwistika u kulturali li tagħmel l-ispazju kulturali Ewropew dak li hu. Id-DOSEL maħluq għalina, jew ejja ngħidu għalina u għal min hu bħalna. Meta twaqqaf dal-proġett, Teatru Malta ma setax ma jkunx parti minnu, u fil-fatt daħal għalih b’ruħu u b’ġismu. Bejn is-16 u t-22 ta’ April 2026, se norganizzaw it-tieni Vetrina Internazzjonali tiegħu. Drammi Bħalma morna s-Slovenja bi DRAGO, huma se jiġu għandna. Matul din il-ġimgħa se nilqgħu erba’ mill-imsieħba ta’ dal-proġett, li kollha se jippreżentaw spettaklu tagħhom, kollha maħduma f’lingwi minuri u tradotti għall-Malti u l-Ingliż biex l-udjenza tagħna tkun tista’ ssegwi. Imma mhux spettakli biss se jkollna. Wara l-kwinti se jkollna workshops ta’ traduzzjoni u residenzi artistiċi għal xogħol translingwali, programmi ta’ taħriġ, u riċerka esperimentali dwar id-drama kontemporanja Ewropea. L-għan tagħhom se jkun li aktar tard jittellgħu drammi fuq żewġ pjattaformi internazzjonali tat-teatru, dejjem bil-lingwa oriġinali tagħhom u s-sottotitoli fl-isfond.