Ġambori – 2025
Din is-sena, bi kburija nippreżentawlkom Ġambori, mhux festival tas-soltu, imma ċelebrazzjoni ferrieħa ta’ emanċipazzjoni għal individi li għandhom mis-60 sena ‘l fuq. F’era li hi assoċjata ħafna mat-trankwillità u r-riflessjoni aħna rridu li Ġambori joħroġ bħala pjunjier b’saħħtu, li jerġa’ jimmaġina l-istadju tal-ħajja 60+ b’enfasi fuq il-kultura ta’ anzjanità attiva u parteċipazzjoni animata permezz talarti performattiva.
Bħalma qal George Bernard Shaw b’tant għerf: “Ma nieqfux nilagħbu għax nixjieħu; nixjieħu għax nieqfu nilagħbu.”; dan il-qawl jolqot ħafna mal-filosofija ta’ Ġambori.
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru:
Reġjun Nofs in-Nhar jippreżenta “Kunċett u Marinton” ta’ Trevor Zahra, taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Said.
Reġjun Lvant jippreżenta “L-Assedju ż-Żgħir”, b’kitba u direzzjoni taħt Narcy Calamatta.
Reġjun Punent jippreżenta “Il-Mara li Tara b’Widnejha” ta’ Marta Vella, taħt id-direzzjoni ta’ Josette Ciappara.
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru:
Reġjun Għawdex jippreżenta “Inkisritlu l-Ponta” ta’ Lino Grech, taħt id-direzzjoni ta’ George Mizzi.
Reġjun tal-Port jippreżenta “Anġlu Bellu” ta’ Narcy Calamatta, taħt id-direzzjoni ta’ Charlotte Stafrace.
Reġjun Tramuntana jippreżenta “Fra Ċelest Imur Għall-Kaċċa” ta’ Albert Marshall, taħt id-direzzjoni ta’ Frederick Camilleri.
Dan il-proġett qed isir bis-sapport tal-Għaqda Kultura Żararti Malta, Anzjanita Attiva u Kura fil-Komunita, Kunsill Reġjonali Għawdex u d-Direttorat ghall-Wirt Kulturali
Team tal-Produzzjoni
Festival Directors – Għaqda Kultura Żararti Malta
Group Directors – Narcy Calamatta, Josette Ciappara, Charlotte Grech, Dominic Said, Frederick Camilleri, George Mizzi
Atturi – Parteċipanti tal-Każin60+
Festival and Kazin 60+ Co-ordinator – Marvic Doughty
Production Manager – Sara Gauci
Stage Manager – Sefora Mannino
Stagehand – Josue Formosa
Wardrobe Supervisor – Luke Dimech
Light Designer – Chris Gatt
Sound – ASound