GĦAXRA: SEJĦA GĦALL-ATTURI

06.02.26

Teatru Malta qed jistieden atturi biex jaħdmu ma’ grupp ta’ diretturi emerġenti fuq proġett artistiku ġdid li jesplora drammi minn madwar l-Ewropa u l-Mediterran.

Biex jiċċelebra l-10 anniversarju tiegħu, Teatru Malta qed iniedi inizjattiva artistika li se tinkludi programm ikkurat ta’ 10 drammi minn madwar l-Ewropa u l-Mediterran, li qatt ma ttellgħu Malta qabel. Dawn ix-xogħlijiet se jiġu tradotti u ppreżentati għall-ewwel darba bil-Malti, u se joffru lill-udjenzi l-opportunità jaraw sensiela ta’ xogħlijiet importanti minn tradizzjonijiet teatrali li ftit li xejn huma rap- preżentati fuq il-palkijiet tagħna.

Il-proġett se jitmexxa minn 10 diretturi emerġenti, bil-gwida u l-mentoring tal- Ensemble ta’ Teatru Malta. Id-drammi se jiġu ppreżentati f ’ambjent sempliċi ta’ black-box theatre, f ’serje ta’ double-bills li se jittellgħu matul is-sena. L-atturi magħżula se jaħdmu ma’ wieħed mid-diretturi waqt perjodu ta’ provi għal wieħed mid-drammi, u mbagħad jippreżentaw ix- xogħol tagħhom f ’weekend ta’ wirjiet pubbliċi.

Applika sal-Ġimgħa, 6 ta’ Frar, f ’nofsinhar.