Boċċi

By Teatru Malta
Ħin
20:30
Data
13/06 - 20/07
Post
Diversi Klabbs tal- Boċċi

Teatru Malta u Give or Take Productions qed jingħaqdu’ biex jippreżentaw Boċċi – il-Musical!

Klabb tal-boċċi jinsab fix-xifer u wasal biex jagħlaq. Tim eċċentriku ta’ karattri li ma jistgħux ikunu aktar differenti minn xulxin jingħaqdu flimkien biex jippruvaw isalvaw il-klabb. Osmar ‘il-kanadiż’, l-aħħar plejer tal-klabb, flimkien mas-sid tal-Klabb Jes, qatt ma kienu jobsru li kien se jkollohom mara fil-klabb tagħhom. L-omm żagħżugħa, Martha, ma tistax taċċetta li l-klabb se jingħalaq u trid tagħmel minn kollox biex il-klabb jibqa’ miftuħ iżda r-raġunijiet tagħha mhumiex daqshekk evidenti għal Jes u Osmar. Għalfejn Martha trid li l-klabb jibqa miftuħ? X’inhu dan l-interess fil-klabb tal-Boċċi?

Waqt li dawn jingħaqdu biex jeħduha kontra tim li huwa rival feroċi tagħhom, tqum battalja; qabel xejn għal rebħa, veru, imma wkoll għal tip ta’ ħajja li bil-mod il-mod qed tisparixxi.

Din il-produzzjoni se tittella’ f’diversi Klabbs tal- Boċċi:

Guy Boċċi Klabb Żurrieq – 13, 14 u 15 ta’ Ġunju

Żejtun Boċċi Klabb – 21 u 22 ta’ Ġunju

Lija Boċċi Clubhouse – 28 u 29 ta’ Ġunju

Boċċi Klabb Santa Luċija – 5 u 6 ta’ Lulju

Għaxaq Boċċi Klabb – 12 u 13 ta’ Lulju

Żabbar Boċċi Klabb – 19 u 20 ta’ Lulju

Agħfas hawn għall-programm

Dan il-proġett qed jittella’ f’koproduzzjoni ma’ Give or Take Productions, li min-naħa tagħhom huma megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti. Qed jittella’ wkoll permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali tal-Arti, u huwa megħjun ukoll mill-Ambaxxata Franċiża f’Malta. Il-fond IF Incontournable tal-Institut Français ukoll kkontribwixxa parzjalment il-finanzjament tiegħu.

Tim Kreattiv

Kast

Joseph Zammit

Rebecca Camillieri

Philip Vella

Adam Ryan

Michela Farrugia

Sandie von Brockdorff

Christian Scicluna

Bertha Farrugia

Team tal-Produzzjoni

Skritt: Malcolm Galea

Kodirezzjoni: Malcolm Galea u Philip Leone-Ganado

Mużika: Matthew James Borg

Disinn ta’ Props u Kostumi: Angele Galea

Moviment: Jacob Piccinino

Vocal Coach: Sean Borg

ASM: Lara Agius

Maniġer tal-Produzzjoni: Sara Gauci

 

Boċċi

Diversi Klabbs tal- Boċċi 13/06 - 20/07