Kim Dalli

Attriċi

Biography

Kim Dalli ilha tirreċta mill-2008. Bdiet il-karriera tagħha b’parti prinċipali fis-serje televiżiva Evanġelisti, parti li għaliha ngħatat il-Premju għall-Aqwa Attriċi fi Rwol Ewlieni fil-Malta Television Awards tal-2010. Ħadmet diversi partijiet kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televiżjoni, fosthom is-sensiliet televiżivi bħal Deċeduti, Strada Stretta u l-Għarusa, kif ukoll produzzjonijiet teatrali bħal ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’, ‘Please Continue Hamlet’, ‘Raymond ‘Fight’ Beck’ u ‘Rajtha Fejsbuk’, fost oħrajn. Bħalissa qiegħda tipprepara għall-produzzjoni teatrali ‘They Blew Her Up’.